Tanja Cilia

Freelance Writer

…Malta ħanina, ħobża u sardina

 

http://andrewazzopardi.org/2013/07/10/kien-hemm-zmien-li-kienu-jghidu-fuqna-malta-hanina-hobza-u-sardina-tanja-cilia/

 

 

dingyHome

L-Opinjonista Tanja Cilia tghid taghha: (Aghfas Hawn ghall-Blog taghha fuq inewsmalta.com)

“Kisja ta’ zokkor… ewfemizmu… il-kelma Pushback tfakkarni f’dak il-helu msejjaħ Pushpop (dan mhux rikla, imma eżempju), li jkun qisu stoċċ tal-penit iebes, u meta tixba’ sseffsef fih, tgħattih u terfgħu għal darb’ohra.

Pushback – kelma inokwa li warajha taħbi elf u mitt storja ta’ mibgħeda, sofferenza, kefrija, disprament, dwejjaq, faqar.

Fil-klassi tiegħi fl-iskola kelli min hu mill-Ażja, mill-Afrika, mir-Renju Unit; u kif ukoll nies ta’ din differenti minn tiegħi. Imma jien mhux għalhekk ma nistax nifhem x’hemm wara dan ir-razzżmu sfrenat.

Qed jeħdulna xogħolna: iva, tarax, kollha Chairmen tal-Entitajiet Pubbliċi u Chairmen tal-Banek u għalliema u avukati qed nahtruhom lil dawn in-barranin.

Iriduna nsiru Musulmani bħalhom… barra minn dawk li huma nsara, nimmaġina.

Qed iħassrulna l-ġenetika tagħna… billi aħna l-Maltin mhux ġa Heinz 57.

Qed neħdulhom id-drittijiet tagħhom għax huma mhux Malta jridu joqgħodu… mela allura push ON irridu nagħmlu, mhux push Back.

Jekk nibgħatuhom lura, l-oħrajn ma jiġux għax jaraw li aħna ta’ stoffa… iva; dejjem jekk l-aħbar tiġri tul il-kosta kollha tal-Afrika ta’ fuq… inkella, milli għedna mhemm xejn.

Iġibu lin-nisa tqal u lit-trabi biex niggustawhom u nitħassruhom… fejn huma l-provi ta’ dawn il-kliem? Sa fejn naf jien, min jiġi jħabbatli l-bieb biex jipprova jikkovertini jagħmel hekk soltu, mhux min iħallas kull sold li qatt faddal f’ħajtu biex imur fil-kontinent u jispiċċa hawn…

Malta ħa tegħreq… kos, vera,ma kontx naf li l-global warming waal sal-Mediterran, u li Nostradamus qisu kellu raġun fit-taħwida ta’ tbassira li fassal…

Għax kien hemm wieħed hu… mela ta’ li għamel wieħed, jeħlu kollha. Mela allura għax tal-Lvant tal-Ewropa, ġew f’Malta u qegħdin jisirqu… dawk ukoll, kollha ħallelin, allura?

Għajjejt u nfnejt.

Niftaħru li San Pawl huwa Missierna, u kieku jkun ma’ dawn in-nies, illum… anqas jersaq ‘l hawn ma nkunu rriduh, hux?

Anqas tagħmel sens li ssalva lil xi ħadd bix imbagħad tibgħatu, x’aktarx, għall-mewt…

Kien hemm żmien li kienu jgħidu fuqna Malta ħanina, ħobża u sardina.

Kellu bżonn jerġa’ jiġi dak iż-żmien, illum qabel għada.”

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: