Tanja Cilia

Freelance Writer

Liġġem Ilsienek!

Gossip

 

Oħti Carmen ilha mejta kważi 40 sena – u għadni nsib, bħalma sibt dalgħodu, minn jistaqsini, “Imma x’kellha, għid?”, bħallikieku r-risposta tiegħi ser tagħmlilhom xi differenza f’ħajjithom ħlief li tisssodisfalhom i-kurżità.

Niftakar darba kont nieżla d-dar, u waqqfitni waħda mara li għadni sal-lum ma nafx min hi. Staqsietni, “Oħtok orrajt?” u jien inħsadt. Għedtillha l-verità, jiġiferi, li kienet id-dar tistrieħ. “Ara, jaħasra. Kemm qed nieħu gost li qed tgħidli hekk. Kienu qed jgħidu li kważi mietet.”

Issummajt. Anqas flaħt inweġibha. Kif dort il-kantuniera, irremettejt.

Kull meta nsemmi dan l-inċident, insib li huwa simili ta’ xi ħaġa li tkun ġrat lil ħafna oħrajn; kemm jekk ikollhom marda terminali huma, u kif ukoll jekk ikun xi ħadd mill-maħbubin tagħhom li jkun marid.

Għaldaqstant ħsibt li din il-mistoqsija sfiqa, almenu, ma tkunx saret għalxejn.

Ikkuntattjajt xi ħbieb tiegħi u tlabthom il-fehma tagħhom dwar dan li ġej – u flimkien tellajna lista li l-konklużjoni tagħha hi: “Jekk iżżomm ħalqek magħluq, x’aktarx li taqta’ figura isbaħ.”

1. Jekk tara li xi ħadd ħxien jew irqaq f’daqqa, la tgħaddix kummenti. U la tistaqsiha jekk hux tqila, u anqas jekk hux qed tagħmel id-dieta. Hawn mard, u mediċini, li jaffettwaw il-piż ta’ dak li jkun.

2. L-istess jekk tinduna li lil xi ħadd qed jaqagħlu xagħru, jew li għandu l-kulur tal-ġilda mhux bħal tas-soltu. Billi tagħmel il-ħajja diffiċli għal ħaddiehor, mhux ser tidher helwa, tafx.

3. Tippruvax issemmi l-marda ta’ dik u l-kundizzjoni tal-oħra, biex forsi dak li jkun jiftaħ qalbu miegħek. Dawn vavati. U bilħaqq – tkunx banali u tgħid xi ċajta biex mingħalik “tnessi” li dak li jkun, ladarba jiftaħ qalbu miegħek.

4. Jekk xi ħadd jgħidlek li marid sew, tgħidlux, “U iva, daż-żmien ta’ kollox isibu tarf ta,” qisek trid tgħatti x-xemx bl-għarbiel. Biżżejjed toffri li jekk ikun hem bżonn xi għajnuna, int lest li toffriha, u li tgħid li jiddispjaċik. Ara ma tgħidx, “Tmutlix għalissa!”

5. Anqas, biex tipprova tnissel tbissima fuq wiċċ il-marid, m’għandek tgħid, “U iva, mhux kulħadd irid imut?”

6. Anqas titwemmen imma jkun hawn min jistaqsi, “Qalulek kemm baqagħlek ħajja?” Il-mewt, tafux,mhux b’marda terminali biss tiġi. Ħadd, u ħadd, nerġa’ ngħid, ma jaf bl-eżatt kemm baqagħlu ħajja.

7. “Issa ngħid lil kulħadd jitlob għaik,” tfisser li ser tgħid lil kulħadd li din il-persuna hi marida. U din forsi ma tridx turi, u int ha tikxfilha xturha?

8. M’għandekx għalfejn issemmi lil kull min taf li kellu l-istess marda, iżjed u iżjed jekk mietu żgħar. U jekk il-marda tkun kanċer, tistaqsix fejn qiegħed.

9. Tindaħalx. Jekk jgħidulek li sejrin btala, li ser iqaxxru xagħarhom “bil-lest”, li ser jiżżewġu… ara ma tiftaħx ħalqek u tgħidilhom biex jaħsbuha dartejn. Mhux affarik. U ara ma tistaqsix jekk is-safra tkunx “għall-kura”.

10. Insa l-kliem ‘jaħasra’ u ‘miskina’, u tagħmilx wegħdiet kontra wegħdiet li tkun ser tmura taraha meta tkun l-isptar. Staqsi jekk tkunx tridek tmur, imma jekk fuq kollox tiddaħħal l-isptar.Gossip

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on April 24, 2016 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: