Tanja Cilia

Freelance Writer

Mort Coffee Morning – U Funeral

Christmas Coffee

 

Inzertat ġurnata tal-Erbgħa u ħsibt li la ma kellix daqstant x’nagħmel, nitla’ sas-suq ta’ Birkirkara.

Mela kif ħriġt mill-bieb eżatt, iċempel it-telefon; kienet ħabiba li kont ilni qatiegħ ma niltaqa’ magħha. “Ġejt f’moħħi!” qaltli. “Għax ili biex inċempillek. Naf Ii mhux ħa tieħu għalik jekk ngħidlek li għandi biljett żejjed għal High Tea…” “Meta?” “Illum – jekk trid, nofs siegħ’oħra ngħaddi għalik għax sejrin minn hawn bil-Coach. Tibżax, nerġa nwasslek id-dar wara…”

Bdejt nidħaq, u għedtilha li għal ftit sekondi laħqitni.

Sakemm wasalna fejn il-Coach, ma waqafniex intaqtqu. Il-familja, ix-xogħol, nies li konna nafuhom it-tnejn… għax din waħda minn dawk li m’għandiex paġna fuq Facebook.   Insomma, f’kemm ili ngħidlek irrakuntajna bi tletin sena ġrajjiet.

Introduċietni mal-ħbieb tagħha; u hawn aħjar ma ngħaddix kummenti iżjed għax kulħadd ikun jaf għal min qed ngħid.

Ħabibti qaltli li dan l-avventiment kien għall-ġbir ta’ fondi (għax issa hekk moda), u flok Coffee Morning sempliċi, għamluh iżjed elaborat.

Wasalna fil-Hotel, u anqas domna ħames minuti b’kollox nistennew, għax mill-ewwel bdew ġejjin dixxijiet kontra dixxijiet imburġati bl-ikel delikat u delizzjuż, li soltu jittiekel fis-sular ta’ fuq waqt dawk l-episodji ta’ Upstairs, Downstairs.

Kien hemm xi ħames tipi ta’ tè, u tlieta ta’ kafe. Sandwiches ċkejkin, gidma kollox, mimlija bis-salamun affumikat, jew ħjar imqatta’ trasparenti, jew taħlita ta’ isfra tal-bajd u mustarda; pasti żgħar bil-ġamm jew bil-krema; kejkijiet liema bħalhom… u kulħadd induna li kien hemm min ma kienx bi ħsiebu jiekol f’nofs inhar… u kien hemm min deher ideffes xi ikel f’borża tal-plastik, ukoll… u ħabibti ittini f’ġenbi, u ċċaqlaq ħuġbejha, u bla kliem tindikali ‘l dik u lill-oħra.

Kienu qorbu l-ħdax u nofs… u kien sar i-ħin għat-tombla. “Hawn aħna…” Iżda ġara li dik li organiżżat il-ħarġa qalet li min ried, eta’ joħroġ barra jagħmel passiġġata… u ħabibti qaltli li kienet tipretendi li min jagħmelhekk jagħti donazzjoni ta’ almenu kemm jiswa’ ġog wieħed.

Ħallasna – u tlaqna ‘barra.

Mela ġara li nzertajna funeral ta’ “xi ħadd importanti” li sa dak il-ħin ma konniex nafu min hu, f’waħda mill-kappelli. Għedt importani għax kien hemm għadd ta’ nies li isimhom u wiċċhom u leħinhom huma familjari mal-maġġorranza tal-Maltin.

Ħabibti qaltli li kieku għadhom moda, kienet toħroġ l-autograph book – u fis timlih (għax din waħda li ssegwi d-dinja tal-medja sew). U bit-twila u bil-qasira, billi l-coffee morning kellu jdum almenu siegħa oħra – “Filkas żgur iċempluli…” – ssibna postna fuq il-bankijiet.

Fit-tnedijiet tal-imwiet, tisma’ kultant li huwa mitlub li ma jintlibisx iswed għal waqt il-Quddiesa. Iżda hawn, kulħadd assuma li l-iswed huwa sinjal ta’ rispett – u li kellhom iswed, libsuh. Jekk kiex ġins; libsa trasparenti jew imqaċċta (minn dawk ta’ bla ċingi li l-ħin kollu trid tirranġahom għax inkella ikollok wardrobe malfunction); dublett qasir; libsa qisha tal-baħar, b’żewgt ixquq l fuq mill-irkoppa fil-ġenb… kien hemm varjeta sħiħa. Imma stenna’ ftit – forsi libsu dawn il-ħwejjeġ għax huma nies li jżommuha, u saħansitra f’funeral riedu li ma jidhrux qishsom sejrin funeral? Min jaf. Forsi għalhekk dawk it-tkaken, ukoll.

Inzerta li ta’ warajna ġew tard. U dehrilhom (kif smajnihom jgħidu) li kienet għarukaża li aħna ħadnilhom posthom; każ ta’ ‘injoranza grassa’. Kemm domna hemm, sirna nafu min ma kienx hemm għax kien imsefer, u fejn, u għaliex; min qiegħed ma’ min; x’kienu ser isajjru; kemm ġabu t-tfal fl-eżamijiet, eċċ, eċċ.

Anqas il-qassis ma ħelisha. Meta beda’ jirreferi għall-mejjet b’ismu (kif kien fuq is-santa li tawna wara), waħda minn dawn qalet “Imma kemm hu ridikolu… ma jafx li kulħadd [#] kien isejjaħlu…”

Ħriġna mill-knisja, u x-xufier tal-karozza bit-tebut iddejjaq jistenna’ biex jaqla’ (għax it-traffiku kien ġejn min-naħa l-oħra u ħadd ma ċeda, għalkemm raw li kien hemm funeral…x’rispett, rispet…).

Mela, fettillu joħroġ ftit iżjed, u f’daqqa waħda isib trakk daqshiex qudddiemu, li kieku ma ġibidx il-brejk, probabbli li kien iħallih tal-kolp. Dawk li kienu għadhom hemm għamlu kjass. Min jgħajjat max-xufier tat-trakk għax imissu jistħi għax dan funeral; min ilum lil tal-karozza tal-mejjet; min jgħid kemm żdied it-traffiku…

U aħna? Għaġġilna lejn il-Hotel, għax cemplulna ħa jaraw fejn konna ħrabna.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on March 26, 2016 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: