Tanja Cilia

Freelance Writer

Li Kont Nikkmanda Jien…

http://www.inewsmalta.com/dart/20140228-li-kont-nikkmanda-jien

14:49  |  28.02.2014

Hekk konna nkantaw, meta mmoru xi ħarġa tad-duttrina.

U din il-ġimgħa, meta qisha qagħdet li (kumbinazzjoni!) il-poplu huwa maqsum dwar jekk għandhiex tilħaq President, l-Onorevoli Marie Louise Coleiro Preca, tħajjart jien ukoll li nagħmel lista ta’ dawk li jidhirli li għandhom jiġu kkunsidrati għal dan l-inkarigu.

Wara li għamilt il-lista tiegħi, tħajjart nistaqsi fuq żewġ fora x’kien jidhirlhom.

Ikolli ngħid li bħas-soltu, l-għażliet tiegħi ma qablux għal kollox ma’ ta’ ħaddieħor.

Ovvjament, kien hemm min qalli li hu kien il-bniedem eċċelenti biex jinħatar President; imma la waħda mill-kwalitajiet li suppost ikollu President hija l-umilltà, mela dawn allura skwalifikaw lilhom innifishom awtomatikament.

Issa jien, lil dawn in-nies tal-lista, anqas biss staqsejthom jekk kienux imħajra li “jilħqu”. Għax ngħiduha kif inhi – mhux kulħadd jieħu gost jidher fil-pubbliku b’mod daqshekk ovvju. Mhux kulħadd jaf, jew jieħu gost, jagħti l-ordnijiet. Mhux kulħadd jieħu gost joqgħod f’dar kbira. Mhux kulħadd jieħu gost li kważi kważi bilfors ikollu jagħmel maratona għall-inqas darba fis-sena. Mhux kulħadd iħobb jidher fir-ritratti.

Oliver Friġġieri: La s-suġġeriment tiegħi li dan ikun il-Poeta Lawrejat tagħna ma kienetx milqugħa, mela allura, nissuġġerixxi li jkun President. Ġenju. Filosofiku. Tal-kuxjenza. Kariżmatiku. U kittieb u poeta…

Maria Camilleri: Niftakara dejjem mara eżemplari. Mara li taf tħobb, u tiġbed l-ammirazzzjoni ta’ kulħadd. Iżżomm id-dixxiplina, u taf tħenn.

Carmen Sammut: Għandha manjieri impekkabli. Waħda mill-ftit li, meta faħħartha pubblikament u għedt li hi “a woman after my own heart”, ikkuntattjatni biex tirringrazzjani. Senior Lecturer fid-Dipartiment tal-International Relations tal-Università ta’ Malta.

Moira Palmier: Din, m’oħrajn, nehdiet għadd ta’ gruppi fuq Facebook fejn dak li jkun jiddiskuti, ipaċpaċ, jiġġieled, isajjar, jieħu ħsieb l-annimali, eċċ eċċ. Mela din taf torganizza – u bħal ma jagħmel Peppi Azzopardi (għażla ta’ uħud imma mhux tiegħi), taqta’ ħesrem meta xi ħadd itawwal ilsienu.

Stephanie Spiteri: Bniedma kolta u intelligenti. Gustuża u taf tilbes. U ngħiduha kif inhi, għal darba, meta jieħdu r-ritratti uffiċjali, il-President tagħna ma tkunx l-iqsar waħda.

Gian Luca Bezzina: Dan ma kienx fil-lista tiegħi imma qaluli li ħaqqu li jkun President għax “simpatiku u kalm”, u għax “qatt ma tkellem fuq il-politika”.

Monk, Jean Luc Picard, Casper, The Six Million Dollar Man, Mr Spock, Sherlock Holmes, Spartacus, James Bond, Ben Hur… dawn mhux Maltin, mela għalxejn inżattathom. U biex inkunu għedna kollox, dawn mhux nies. Insomma, mhux nies ta’ vera.

Għall-istess raġuni, ma nistgħux nagħmlu qtates u klieb u żwiemel u kangaruijiet u ħut tal-ilma ħelu. U l-anqas lil Kermit jew lil Incey Wincey Spider jew lil Bugs Bunny jew lir-Re tal-Karnival.

Fil-fatt, dak li jkun ma jikkwalifikax jekk: ma jkunx ċittadin ta ‘ Malta; jew ikollu jew kellu l-kariga ta’ Prim Imħallef jew Imħallef tal-Qrati Superjuri; jew, ovvjament għal xi raġuni li skont il-liġi tagħmlu mhux eliġibli. Mella allura, Robert Downey Junior, Morgan Freeman, Marcel Marceau, u Keanu Reeves, le, (sakemm ma jsirux ċittadini Maltin), imma Trevor Zahra, Norman Vella, Lilian Miceli Farrugia, u Nathan Farrugia, iva.

U Ira Losco? Dik mhux diġà għamlitha ta’ ambaxxatriċi ta’ Malta elf darba u waħda? Kieku meta niġu għall-Istrina, iċċempel lil Elton John u lil kull kantant ieħor internazzjonali li qatt kantat magħhom, u arahom ġejjin, saħansitra bla ma jitolbu kumpens. Barraminhekk, Ira żur li ssib sponsor għall-ħwejjeġ, żraben, kożmetiċi, u ġojjelli.

Jien xtaqt lista ta’ għaxra – imma malajr telgħu għal mal-50. U hawn daħalli ħsieb ieħor. Issa kieku jkollna ħames Presidenti, u jieħdu l-inkarigu b’roster, ngħidu aħna, ħames xhur kull wieħed?

 

 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on March 23, 2016 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: