Tanja Cilia

Freelance Writer

Psst! Ħares ‘l Hawn…

Lehen is-Sewwa, February 28, 2016

 

Hawn min, biex ikellmek, jaħtaflek il-komma u jħares ċass f’għajnejk, qisu jrid jagħmillek seħer. Hawn min għandu ħabta jħares lejn ħuġbejk, jew moħħok, jew lejn imnieħrek.

Staqsejt lil xi uħud kienux lesti jħarsu fiss fl-għajnejn – u skantajt kemm kien hemm min ħadha bis-serjeta din il-mistoqsija.

# Jien insib li meta xi ħaddd iħares dritt f’għajnejja, jkun qisu qed jxrobl ruħi. Qisu jrid iku jaf jekk hux qed nigdeb, jew forsi jun qed jipprova jara sa fejn jista’ jasal miegħi – kemm jista’ jieħu mingħandi, sew jekk affarijiet materjali, jew emozzjonijiet.

# Għamilt ħabta inbati bid-dipresssjoni, u ma nsibnix kapaċi li nħares lejn dak li jkun, għax għaija hia xi ħaga emozzjonali wisq. In hoss li moħħi jitgħabba ż-żejjed meta rrid nikkonċentra fuq dak li nkun qed ngħid, u fuq il-ħarsa ta’ dak li jkun.

# Ommi u missieri nfirdu meta kont żgħira, u għalija, il-mod idejali biex nuri d-dispexx tiegħi lejha u lejn ir-raġel il-ġdid tagħha kienli ma nħarisx lejhom. Ma ngħidlekx kemm qlajt swat fuq hekk. Kont drajtha l-biċċa, u għamilt hekk fl-iskola wkoll, u l-għalliema kienu jgħidu li jien insolenti. Aħjar milli nirrispondi u naħli saħti.

# Jekk inħares f’għajnejn xi ħadd, nitfixkel, għax nipprrova nifhem dak li ma jkunx qed jgħidli. Nibda’ ntemtem, u ma nkunx naf fejn jien.

# Jien inħares lejn dak li jkun, għax m’għandix x’naħbi – kif tarani, pinġini.

# Jien bi-polar – u ma rridx inħares lejn għajnejn dak li jkun, li ma murx ninduna li jkunu qed jaħsbu ‘din miġnuna’ għax ikollna xi ngħidu żgur.

# Jien nitlef il-konċentrazzjoni meta xi ħadd iħres f’għajnejja. Rari ninża’ n-nuċċali tax-xemx, u nħobb nuża minn dawk li jirriflettu, biex żgur ma jkunux jistgħu jarawhomli.

# Hija tattika tiegħi li nħares fitt lejn dak li jku, biex nagħmillhom pressjoni psikologika. Inħobb nagħmel in-nies skomdi, bħallikieku qed niskrutinizzahom u niġġudikahom. Nitpaxxa narahom jintlew bit-tensjoni, u jirrepetu l-kliem fil-vojt.

# Jien nitlef għajnejja, u nħossni tac-cajt nipprova nħares lejn l-għajnejn, għax qisni nitwerreċ. Kieku kelli nipprova, imma, xorta kont inħossni anzjuża, għax jien mistħijja ħafna. . Forsi hawn min jaħseb li għax ma nħarsix lejh, ma nkunx qed nagħti kasu, imma nikkompensa għal dan billi nuża leħen ħlejju u nistaqsi mistoqsijiet li juru li jien qegħda attenta għal dak li jkunu qed jgħidu.

# Jien ma nittolerax li ħaddieħor iħarisli f’għajnejja, għax fix-xogħol tiegħi ma jaqbilx li nikxef dak li naħseb. Allura ma nħarisx lejhom jien, hux? Kien ikun diffiċli għalija li nispjega dan lill-klijjenti tiegħi, li ma jmurx jaħsbu li qed nidħaq bihom – imma fil-fatt, jien ma nħarisx lejhom biex inkun nista’ nibqa’ imparzjali, u ma nikxifx is-sigrieti fdati lili.

# Ma nafx għaliex, imma għajnejja jiekluni u jdemmgħu meta nħares lejn għajnejn oħra. Ikolli jew inħokkhom jew inxappaphom bil-maktur. Mela allura aħjar xejn – kuntenta li jgħidu kemm jiena stramba.

Jien naħseb li wasal iż-żmien li ma nibqgħux naħsbu li kull min jiftaħ għajnejh daqs plattina, ikun sinċier, u min jevita li jħares fl-għajnejn, għandu x’jaħbi. U int, x’taħseb?

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: