Tanja Cilia

Freelance Writer

Xahar u Naqra…

   

L-għaqda Alcoholics Anonymous tuża l-mantra Għall-Lum Biss.

Il-Flylady, il-maskott ta’ sistema ta’ ħajja ordnata, tgħidlek li “tista’ tagħmel dak li hemm bżonn, tul kwarta”.

L-ideja hi li jekk aħna nagħmlu lista twila ta’ riżoluzzjonijiet iżjed faċli li niksruhom, milli kieku meta tasal l-okkażżjoni, inkunu nafu ngħidu le.

Ir-Randan itul 40 jum, li ħamsa minnhom taru diġa. Aħna mdorrijin li għar-Randan, inċedu xi ħaġa li tkun għal qalbna – insumu minn dak li nħobbu, min dak li rridu, minn dak li jkollna aptit, biex niċċaħadu. Jekk ma npejpux, ma nieklux laħam, jew ma nduqux ħelu, inkunu qed nagħmlu l-ġid lilna nnifisna, mhux ‘sagrifiċċju’.

Din id-darba, ejjeq inħarsu ‘l hinn mis-soltu listi…Nissellfu ir-raġunament tal-A.A. u tal-Flylady u ngħaġnuh għall-finijiet tar-Randan. Forsi wara l-Għid, nindunaw li ta’ min jadddotta xi uħud mill-affarijiet li nkunu ppruvajna. L-ideja hi li nippruvaw speċifikament ħaġa waħda “tajba” kuljum, bla ma nħallu kollox għaddej, mill-bqija.

Kif jgħidu tal-A.A., għall-lum biss… mhux ser inħares lejn il-problemi ta’ ħajti kollha, iżda, ser nagħżel waħda minn dawn:

  1. …naċċetta li jien għażeb / miżżeweġ / armel / membru tal-kleru. Ma nimmaġnax kif kienet tkun il-ħajja li kieku jew li kien ma kontx hekk.
  2. ..mhux ser inqatta’ iżjed minn sagħtejn imwaħħal quddiem skrin, tkun xi tkun – televixin, kompjuter, telefon, iPad…minflok, ser nirranġa xi karti li ilhom tielgħin mis-sena l-oħra.
  3. …naqra xi ħaġa li tedifikani,imqar paragrafu mill-ktieb tad-duttrina tat-tfal, jew mill-Bibbja.
  4. …niekol frotta jew tnejn flok xi ħaġa mimlija xaħam u zokkor.
  5. …nitbissem lil xi ħadd li narah antipatku, u forsi nasal biex ngħidlu bonġu, wkoll.
  6. …mhux ser inseksek – anqas jekk nara lil xi ħadd li żgur jaf xi ħaġa ili biex nitkixxef dwarha.
  7. …nilbes pulit, u nomxot sew, allavolja mhux bi ħsiebni nixref ‘l barra mill-bieb, bħala sinjal ta rispett lejja n nifsi.
  8. …nagħmel lista ta’ 10 ħaga li għandi għalfejn inkun grat għalihom.
  9. …nagħmel munzell ta’ affarijiet li nħibb, imma li ser nagħtihom lilxi ħadd li naf li japprezzahom.
  10. …naqbad it-telefon u nċempel lil xi ħadd li ilni ma narah qatiegħ.
  11. …immur npparteċipa f’Quddiesa oħra, barra minn dik li soltu nisma’, fost ix-xogħol.
  12. …noffri li nagħmel qadja, jew nagħti servizz ieħor, iqar insajjar platt żejjed, fejn naf li hem il-bżonn.
  13. …mhux ser nikkriktika, immaqdar jew ingerger – anki jekk soltu nagħmel hekk “biex ħaddieħor ikun aħjar”.
  14. …mhux ser nixtri xejn – ngħaddi b’li għandi, b’solidarjeta ma’ min għalih, din hija ħaġa ta’ kuljum.
  15. …inħares madwari u napprezza affarijiet li soltu anqas nagħti kashom – it-temp, ir-riħa tal-ikel, l-ilwien tal-fjuri, il-ħsejjes tal-madwar.
  16. …naħfer lil xi ħadd li naqasni, snin ilu, u għadni nimmormra f’qalbi dwarha. Jekk ifettilli, ser nitlob maħfra lil min għamiltlu xi kattiverja, snin ilu.
  17. ..inkun umli, u infaħħar lil xi ħadd biex nagħmillu l-qalb.
  18. …naċċetta li jien għandi n-nuqqasijiet tiegħi; ma ngħirx għal in hu iżjed sinjur, isbah, ijed maħbub, jew iżjed imlaħħaq.

Hemm aħna – tużżana u nofs għażliet li għandhom iservuna mill-inqas sa’ Ħadd il-Għid.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on February 19, 2016 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: