Tanja Cilia

Freelance Writer

Min Hu Għajri?

 

 

Samaritan

Kelma helwa hi bħal żejt fuq il-feriti…

Kelli għalliema li kienet tinsisti li naqraw l-hekk imsejħa “kotba klassiċi”, biex ‘iżjed ‘l quddiem’, jiġifieri issa, meta xi ħadd jagħmel referenza għlihom, ma nibqgħux ċassi għax inkunu nafu minn fejn ġejjjin xi kwotazzjoni, jew xi incident partikolari.

Wieħed minn dawn il-kotba kien Pilgrim’s Progress ta’ John Bunyan, li, niftakar, kull meta kont naqbdu f’idi kien jaqbadi nagħas kbir u bilkem kont inkun naf x’qed naqra; eżatt kif kien jiġrili meta nipprova naqra War and Peace.

Imma id-dehra, xi frażijiet weħlu, għax dan l-aħħar ftakar fih meta attendejt Seminar li kien imfassal fuq il-parabbola ta-Ħanin Samaritan, spejagata tant tajjeb mill-qassis żagħżugħ Dun Bastjan Caruana.

Għalkemm hawn min jgħid li din it-tagħlima, meta nagħmluha allegorija, hija ftit jew xejn esaġerata, lili għoġbitni, u bil-permess tiegħu qed naqsamha hawn…

Id-Dun spjegalna kif is-Santi Padri taw tifsiriet speċjali li kull dettal tal-istorja. San Ġwann Kriżostmu jgħid li din l-istorja tgħin li fiha nsibu stampa tal-misteru kollu tas-salvazzjoni, u turija tal-imħabba t’Alla.

Mela, raġel kien nieżel minn Ġerusalemm għal Ġeriko; l-Adam, mimli bill-fiduċja fih innifsu minnflok f’Alla, qabad it-triq tan-niżla, waħda u sew, għax Ġeriko qiegħed 825 pied taħt il-livell tal-baħar. Attakkawh il-ħallelin; għax meta l-bniedem jitbiegħed in Alla, ikollu l-għadu jsus warajh.

Ħadulu l-ħwejjeġ: il-libsa li kienet kieku tintitolah għall-eternita. Telqu u ħallewh għal mejjet – suġġett għal dnub u l-mewt ta’ dejjem. Il-Levita, il-qassis, qasam it-triq. Rajt ma rajtx, gedwed waħdu. Fl-aħħar wasal is-Samaritan. Ħass għalih, infaxxalu l-feriti wara li dewwih biż-żejt u bl-imbid. It-tagħlim huwa l-faxex, iż-żejt iffarakrna fidlik tas-Sagramenti, u l-inbid fl-Ewkaristija…kollha meħtieġa biex aħna nfiequ.

Lil tal-ħotel, tah żewġ dinari u qallu, “Ibża għalih, u meta nerġa niġi, inħallsek il-bilanċ.” Fiha x’tifhem, din. Naraw kif il-ħajja tal-Knisja hija maqsuma skot il-karattri ta’din l-istorja: l-morda, dawk li qegħidin ifiequ bi-kura, u dawk – il-qaddisin – li diġà fiequ. Naraw kif is-Santi Padri ma jikkategorizzwx lin-nies f’tajbin jew ħżiena fuq il-bażi tal-liġijiet materjali, għax din hija xi ħaġa superfiċjali. Il-morda fil-ruħ jinħtieġu l-purifikazzjoni, u d-dawl. Hemm bżonn sptar spiritwali biex jgħin lil kull min hu batut.

U aħna? Nibżgħu li jekk nagħmluha maz-zopp, f’għeluq is-sena, insiru bħalu? Jew nitniġġsu mill-arja ta’ madwar dawk li telqu l-fidi għax ġratilhom xi traġedja? Ninjoraw lil min ikun jixtieq kelma ta’ faraġ, għax hekk jaqbel, ma jmurx xi ħadd jarana miegħu u jittimbrana bl-istess titlu, bħal mal-qassis u l-Levita beżghù li ma jibqgħux indaf, skont il-liġi Testment il-Qadim? Skuża taba li ngħidu li aħna (ovvjament) m’aħniex il-papa, u li jekk iridu jafu fejn hu l-bieb ta-knisja.

Is-Samaritan ma staqsiex fejn kien il-qassis, jew fejn telaq il-Fariżew, jew fejn staħba l-għallie tal-Lhud. Is-Samaritan intebaħ li kien hemm il-bżonn, u għen kif seta’, b’li kellu dak il-ħin.

Kelma helwa hi bħal żejt fuq il-feriti ta’ qalb mimlija uġieh.

 

One comment on “Min Hu Għajri?

  1. Philip Mizzi
    November 23, 2015

    Parabola ta kull zmien!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on November 21, 2015 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: