Tanja Cilia

Freelance Writer

Ja Pastaż!

http://www.inewsmalta.com/dart/20151002-ja-pasta

 

Newspaper

 

09:32  |  02.10.2015

Mela dan l-aħħar kellna argument jaħraq. Wieħed minn dawk li dejjem jikkritika minn wara l-skrin qal xi ħaġa kerha, u mhux vera, dwar kull min imur il-Missjoni, jew jagħmel xi xogħol volontarju li jieħdu barra mill-pajjiż. Skont dan il-flien, aħna nkunu qed inħallsulu biex iwettaq il-ħolma ta’ tfulitu, u mill-boqxiex li jibqa’, jagħmel donazzjoni lill-karità. Quddiem il-kameras tat-televiżjoni, biex jitkessaħ.

Kull min jagħmel il-volontarjat jaf li kultant mhux talli ma ndaħħlux kemxa liri, talli nispiċċaw noħorġu l-flus aħna… u dawn inberkuhom għax tkun id-donazzjoni tagħhna, pariġġ dik li jagħtuna n-nies.

U kemm hawn min hu pastaż, hux?  Jarawk tqawwjet ftit, jistaqsuk jekk intix tqila. Jarawk li rqaqt, u jistaqsuk intix marida. Jarawk tieħu kafè ma’ xi ħadd, u jistaqsuk fuqiex kont qed titkellem, daqskemm kont serja jew daqskemm bdejt tfaqqa’ daħq.

Nies li lanqas biss jafuk, jilħqulek salibek u jippretendu li jekk int ma tgħidilhomx dak li jkunu jridu jafu, mela allura għandek taċċetta li int ħajna, jew imnieħrek imxammar – jew li għandek x’taħbi.

Fil-fatt, Emily Blunt qalet li serqet l-iżjed mossa u kliem kattivi – qed nisma’, irrid nibqa’ nisma’ – filwaqt li tmiss is-saba’ l-kbir mal-ewwel tnejn, u tiftaħ u tagħlaq is-swaba’ –  mingħand omm li  rat tkun sarkastika ma’ bintha. Din ix-xena, mill-film The Devil Wears Prada, hija l-iżjed waħda li jfakkruha fiha n-nies li tiltaqa’ magħhom.

Ħabibti rrakkuntatli storja li, kieku ma kinetx persuna li nafha u nafdaha b’għajnejja magħluqa, lanqas kont nemminha.  Mela, kienet qed tixtri malja tal-għawm. Issa din tħobb tgħum ħafna, u ma fiha xejn. Kienet qed tfittex malja sħiha, b’naqra forma iżjed mis-soltu min-naħa ta’ fuq.

Waħda mara semgħetha tistaqsi lil tal-ħanut jekk kellhiex li riedet. Tatha ħarsa minn fuq s’isfel, u qaltilha, “Alla jbierkek, lanqas tidher…” Kien wara xi ftit sekondi li ħabibti indunat x’riedet tfisser l-oħra.

Hawn min jistaqsik “x’fettillek” meta jkun ser ikollox it-tielet wild (aħseb u ara r-raba’ jew il-ħames wieħed).  Hawn min irid ikun jaf għalfejn tlaqt mix-xogħol sena qabel ma soltu jirtiraw in-nies. Hawn min jistaqsik meta żżewiġt, imbagħad tiġi t-tifla l-kbira u tgħidlek li Hilda staqsietha kemm ser tagħlaq, u meta, biex ittiha rigal (fejn qatt ma tatha wieħed qabel).

Mela darba minhom kont il-bank, qed nitkellem ma’ waħda mill-iskrivani. Bdejt ninnota li din bdiet tħares ’il fuq (għax konna bilqiegħda) u ‘l hinn minn spallti, u għaddieli ħsieb li din kienet titlef xi ftit għajnejha. Rajt ċaqliqa minn taħt il-għajn, u bla ħsieb ta’ xejn dort – u kieku ħriġt dirgħajja kont immiss lil waħda mill-ġirien, li mid-dehra kienet qed toqrob lejja bil-millimetri biex tisma’ x’kont qed ngħid.

Darb’oħra, kont qed nagħmel xi fotokopji f’ħanut daqsiex li nzerta kien vojt. Ħin bla waqt, tal-ħanut iħares warajja u jgħid, “Ara Toni, hawn” – u nsib lil dan il-flien, li ovvjament mhux vera jismu Toni, eżatt warajja, qisu jrid jaqta’ kurżità ta’ xiex ħtieġli nieħu l-fotokopji.

Xi ħadd ikun pastaż mhux biss għax ma jkollux manjieri, iżda għax ikun irid jilħaq salib ħaddieħor, u jkollu bżonn ikun jaf fuqek biex iseksek ma’ ħaddiehor… li, m’għandniex xi ngħidu, jgħaddilu informazzjoni fuq terzi.

Tista tkun tippretendiha kemm trid, u tmur tagħmel xagħrek kull ġimgħa, u tilbes ħwejjeġ tad-ditta, u ma tkellimx lil kulħadd, u għandek serbut ittri wara ismek…  għax jekk ma tafx iżżomm ruħek lura f’dawn is-sitwazzjonijiet li semmejna, xorta pastaż tkun.

Forsi xi darba jgħaddilek minn moħħok li xi ħadd ħa jxandar l-aġir tiegħek… u li ma tantx ser tidher ħelwa.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on October 3, 2015 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: