Tanja Cilia

Freelance Writer

Bil-Malti Kellimtek!

Kelma

 

Qam furur għax tifla li kienet abbużata ser ikollha tarbija meta tkun għadha ta’ għaxar snin.

Dawk li jemmnu fl-għażla, li jridu li min irid abort għandu jingħatalu, ma xebgħux jiktbu fil-gazzetti dwar ‘torturi’ u ‘abbuż’. Ikun aħar li kieku ineħħulha kollox, qed jgħidu, biex ma tibqax issofri, għax ‘din it-tqala ser toqtolha’. Ma jżidux “żgur mhux forsi” biex ma jqażżuhiex, għax wara kollox, il-futur ħadd ma rah.

Kieku għamlu ftit riċerka kienu jkunu jafu li fil-Columbia, tifla oħra ta’ għaxar snin għadha kif welldet tarbija b’saħħitha. Ħadd ma ssugerixxa li tinqatel dit-tarbija… għax it-tribù awtonomu tal-Wayuu, għandhom kultura li ma tqisx li hemm xejn ħażin meta tifla jkollha t-tfal. Il-Gvern, almenu f’dawn l-affarijiet, ma jindaħlilhomx.

Fl-ebda’ rapport ma hemm x’qalet it-tifla. Meta jien ikkumentajt dwar dan, qaluli li billi għadha minorenni, il-“kbar” jiddeċiedu għaliha. F’dan il-każ, l-adulti huma ommha, li riedet l-intervent, u applikat biex isir (u iżjed tard giet arrestata għax għenet biex ikun hemm ċirkosatanzi biex isir l-att); u l-Istat, li ma jaċċettax l-abort.

Kull min qal kemm ikun sew li kieku t-tarbija tinqered “għax it-tifla mhux ser tkun tiflaħ għat-twelid”, insew li matul is-snin kien hemm hafna bniet li kellhom wild. Qalu li l-Knisja Katolika “kattiva” għax mhux qed turi ħniena ma’ din it-tifla, u wrew l-injoranza tagħhom, għax anqas jafu bid-duttrina ta’ Double Effect, li tintuża kemm f’każijiet hekk, kif ukoll meta jkun hemm mard terminali. Jew jafu, u jridu jaħbu.

Sadanittant, hawn min jimpressjona ruħu meta xi politikant jew ġurnalist jibda’ jikkwota bl-addoċċ minn hawn u minn hemm, u jużaw kliem tqil b’ħafna sillabi. Hawn min jaf jilgħab bil-kliem sabiex aħna naħsbu mod, meta fil-fatt ikun mod ieħor. “Il-ħajja Ta’ Din l-Omm Kienet Tkun Salvata b’Abort” [Abortion would have saved the life of this innocent child] – jagħti l-impressjoni li t-tifla-omm mietet għax ma temmewlhiex it-tqala. Hija tassew ħassra li hawn min jinjora l-ħaqq u s-sewwa biex ideffes l-agenda tiegħu f’moħħ in-nies b’dak li George Orwell sejjaħ l-abbuż maħsub tal-lingwa.

Xi taħdidiet, u xi artikli, ikunu speċifikament imfassla biex jidhru veritiera, iżda ma jkunux. Nibilgħuha li min fassalhom kellu intenzjonijiet loġiċi, retti u puri, u li qatt f’elf sena ma ried iqarraq. Il-kliem ikun mirqum u mexxej… kważi anqas tkun taf li bdejt taqra u wasalt fit-tarf tal-artiklu.

Smajna kif l-Unjoni Ewropeja kellha tgħaddi Riżoluzzjoni Parlamentari li tikkundanna l-fatt li t-tifla tqila ma nagħtax abort. U min-naħa l-oħra, naraw kif huwa stat ta’ fat li bniet ikollhom it-tfal, u ħadd ma jgħid xejn. Mela, għax l-ewwel tifla inzertat li ġibdet l-attenzjoni tal-Midja, kulħadd wera x’jaf – u x’ma jafx. U l-oħra, bħall- oħrajn, intesiet għax għaddiet mal-current.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on June 24, 2015 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: