Tanja Cilia

Freelance Writer

Għaliex Meta Nagħtu…

Making Bracelets

Leħen is-Sewwa 24/05/2015

It-tfal tal-Klassi 3.2 tal-iskola primarja ta’ Birkirkara fil-Kulleġġ Santa Teresa, flimkien mal-għalliema tagħhom Miss Claudine Slater, jafu sew xi tfisser din il-frażi mit-talba ta’ San Franġisk. Bil-ħidma sfieqa tagħhom, bejn bl-insiġ ta’ brazzuletti, bejn bir-riklamar għalihom u l-bejgħ tagħhom, irnexxielhom itellgħu s-somma ta’ €1070 li ngħataw lis-Sorijiet tal-Ursolini ta’ Tas-Sliema.

Din kienet opra li ma bħalha; ħidma li wriet li t-tfal jafu jħossu u jħobbu, u li lesti jaqsmu dak li għandhom ma’ ħaddieħor.

Kemm-il darba nisimgħu il-frażi “ma nafx x’naqbad intih”, meta niġu biex nagħtu xi rigal lil xi ħadd. Ħallik li dan iż-żmien l-għarajjes itaffulek id-dilemma għax jordnawlek biex tagħtihom flus, biex żgur jixtru dak li jridu, u mhux teħles minn xi remiżolja li tkun writt mingħand in-nanna.

Sfortunatament, hawn min jonfoq ħafna flus fir-rigali; jew biex jiffanfra, jew biex jippika ma’ min ikun se jagħti rigal lill-istess persuna… jew biex jeħles minn dmir, u mir-responsabbiltajiet li suppost li jwettaq mal-persuna li lilha jkun ta r-rigal. Rigal mhux rigal jekk ma jiġix mill-qalb u jingħata bilfors. Rigal mhux rigal jekk ma jferraħx, u jekk min jirċevih ma jkunx jippreferi l-preżenza tiegħek aktar mill-għotja.

Kulħadd jaf idaħħal idu fil-but u joħroġ karta tal-€50, “għax it-tifel jieħu gost u jixtri li jrid”. Imma int lest li mal-€50 tqum minn hemm u tmur tixtri kaxxa żgħira Ludo, u tqiegħed il-flus fiha, biex turi li almenu għamilt sforz li ssib xi ħaġa li hi għal qalb it-tifel? Hawn rigali oħra li jiswew ħafna, iżda ma jissarfux fi flus, jew fi flus li jingħataw f’daqqa.

Forsi wasal iż-żmien li flok irroxxu l-bżar, nużaw il-ħxejjex aromatiċi wkoll.

  • M’hemm xejn ħażin Ii rigal ikun “użat” – fis-sens li jekk il-ħabiba tiegħek qaltlek darba, darbtejn, bis-sinċerità kolha, kemm hu sabih dak il-flokk, int forsi jfettillek tagħlaq għajnejk u ttihulha. Jew jekk taf ħabibtek tħobb taqra, tmur sal-bażar u tixtrilha basket kotba.
  • Kultant, il-ħin jiswa mitqlu deheb. Frosi xi ħadd għandu bżonn jgħid kelma, jew ftit għajnuna fil-faċendi, jew li xi ħadd joqgħodlu mat-tfal. Dak rigal li ma jinxtarax.
  • Hawn min jippreferi għadd ta’ rigali żgħar, minflok wieħed kbir. Tkun idea tajba li kieku tibda tfaddal “rigali” flok “flus” meta tinzertahom. Kull meta tisma’ lil xi ħadd jgħid “kemm nixtieq kelli…” ikteb x’qal fuq karta.
  • Tinsiex li iżjed ma tixtri affarijiet, iżjed se jkollok x’tiżbarazza, xi tnaddaf, u xi tkisser. Naqqas mix-xiri tal-affarijiet bla sugu.
  • Ir-rigali jistgħu jkunu, ngħidu aħna, qoffa mimlija ikel, bħal ma jagħmlu l-hampers tal-parroċċa. Imma hawn, tagħżel l-affarijiet int u timlieh ftit ftit.
  • Rigal jista’ jkun kors taż-żfin, għawm, jew tisjir, jew li tikteb lil xi ħadd f’xi rivista dwar xi suġġett li jinteressah.
  • Jekk ikun ġej xi kantant Malta, tista’ tagħti biljetti għax-show tiegħu jekk taf Ii dawn jinżlu tajjeb.
  • Hawn min japprezza li għal jum wiehed, int titlaq kollox u tgħaddih miegħu – jew toħroġ, jew tbajjadlu, jew issajru flimkien, jew tagħmlu xogħol tal-idejn, jew tħitu… li jkun jixtieq dak li jkun.
  • Bħalma tkun lestejt hamper għall-kbar, tista’ tagħmel wieħed għat-tfal… mimli lapsijiet, kuluri, karti, kolla, pinen tal-kaligrafija u linka ta’ kuluri differenti

U bilħaqq, jekk ikollkom ġiżirani mqatta’, jew m’għadkomx tilbushom, tuhomlna rigal, biex nagħmlu iżjed affarijiet sbieħ biex jinbiegħu għall-karità. Tistgħu tħalluhomlna fl-uffiċċju ta’ dan il-ġurnal. Nirringrazzjawkom bil-quddiem.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on May 23, 2015 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: