Tanja Cilia

Freelance Writer

Dinja Għalija: Meta l-medja tkun medjokri

http://www.inewsmalta.com/dart/20121217-dinja-alija-meta-medja-tkun-medjokri

Pencil

 

Li kieku u li kien, qatt ma ltaqgħu flimkien, kienet tgħid in-nanna – u bħas-soltu, kellha raġin. Għax “kieku” xi ħadd mill-għalliema, jew almenu il-bidillu, kellu arma tan-nar, forsi dawk l-għoxrin tifla u tifel li ġew maqtula ma kienux imutu kollha…

U hawn irridu mmorru pass lura u ngħidu li kieku xi ħadd ta kas li dan iż-żagħżugħ “kellu xi ħaġa” li qed iġġiegħlu jbaqbad minn ġewwa, ma kienx ifur u jagħmel li għamel.

Iżda llum mhux fuq dan irrid nitkellem.

Se nuża dan il-każ biex nuri kemm-il medja għandha ħabta tesaġera u tħarref u tgħawweġ il-fatti skont ma jkun jaqbel, u skont kif jonforħ ir-riħ.

Mela, l-ewwel ħaġa li smajna kien li kien hemm massakru fi skola. U ftit ftit bdew iqattru l-aħbarijiet, minn hawn u minn hemm. Issa nafu li minn kif bdiet, u kif spiccat, hemm għadd kbir ta’ differenzi.

Dan ġara għax kulħadd irid ikun l-ewwel bl-aħbar (il-famuża scoop) u għaldaqstant, anqas biss indenjaw ruħhom jiċċekkjaw il-fatti.

Qalulna li kien jismu “hekk”, imma fil-fatt ma kienx. Kien hemm min jismu bħal ħu l-qattiel li saħansitra tkellem ħażin fuq Facebook u Twitter biex jgħid lin-nies li mhux hu kien…

Kif saret id-drawwa, bdew jintwerew ritratti tal-“preżunt qattiel” – li kien ħuh.

Qalulna li l-qattiel tħalla jidhol fl-iskola għax minn jagħfas il-buttuna li biha jinfetaħ il-bieb, għarfu li kien “tifel ta’ għalliema”, u ħallih jidħol. Issa smajna li hu żgassa l-bieb biex daħal. U hemm sorsi li jgħidu li hemm ħafna għalliema li anqas biss jafu min hi ommu (għax irriżenjat xi snin ilu biex tieħu ħsiebu).

Qalulna wkoll li daħal fil-klassi t’ommu, qatilha, u spara bl-addoċċ lejn it-tfal. Wara qalulna li sparalha d-dar, u mar joqtol lil missieru, u wara mar l-iskola. Wara qalulna li missieru reġa żżewweġ u anqas għadu jgħix fl-istess belt.

Smajna li l-pulizija ġabret raġel liebes ġakketta sewda li kien ħiereġ mill-bosk. U issa ma nafux x’sar minnu dal-flien.

Smajna li Adam ma kienx jaf juża arma tan-nar u wara sirna nafu li ommu ta’ sikwit kienet tieħdu magħha fuq ir-ranġe biex jitgħallem jispara sew, għax hi kienet akkanita ħafna fuq dan il-passatemp tagħha, u fil-fatt kienet iġġemma l-armi… meta kien hemm min qal li l-armi setgħu kienu illegali (fil-fatt kienu tal-omm).

Filli kien hemm żewġ armi, u filli kien hemm tlieta. Filli t-tfal inqatlu bi xkubetta, u filli nqatlu b’armi żgħar u l-azzarin instab fil-vettura tal-qattiel.

Filli qalu li Adam kien ġuvni ta’ waħdu, u filli qalu li kellu l-awtiżmu, u li kien bravu ħafna fl-iskola.

Issa dan hu eżempju estrem. Naf li hawn min qed jiskuża lil hekk imsejħa “ġurnalisti” għax f’sitwazzjoni ta’ stress, l-iżbalji jsiru.

Għalija, din mhux skuża tajba, u lanqas hi raġuni tajba. Ma narax għaliex wieħed għandu jxandar għajdut bħala fatti, basta fil-bulettini tal-aħbarijiet jew fl-artikli tal-gazzetti, jkun hemm affarijiet li f’medja oħra ma jkunux għadhom dehru.

Din traskuraġni, u nuqqas ta’ rispett lejn l-udjenza. U ma ninsewx li għalkemm ftit qabel ma sar dan il-qtil, kien hemm attakk kiefer fuq tfal fi skola fiċ-Ċina, ftit li xejn kien hemm min semmihom.

U iżjed ma toqrob l-elezzjoni, iżjed se naraw varjazzjonijiet lokali ta’ dan li għedt hawn fuq…

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on January 1, 2015 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: