Tanja Cilia

Freelance Writer

Din-dik-dawn-dawk…

Jew

 

Attendejt konferenza dwar il-Liturġija… u wara ftit id-diskors waqa’ fuq ir-riklami.

Il-qassis irrakuntalna l-fotostorja li tfaslet biex turina kemm hu tajjeb il-kafe ta’ ditta minnhom.

L-omm twikki t-tarbija lill-babysitter sakemm tixrob il-kafe. Xejn izjed. La tqabbadha tfisqiha u anqas tisqiha. La tqabbadha tbenninha, u anqas tomxtilha. Kemm iżżommha ftit sakemm l-omm tixrob il-kafe.

“U għada, ejja fl-istess ħin,” tgħdilha, biex lilna ttina l-messaġġ li ma hemm xejn fid-dinja, imma propju xejn, li jħaqqaha mal-kafe.

Ir-riklami qegħdin biex jesageraw… u b’hekk, suppost li –messaġġ tagħhom jasal għandna b’iżjed enfasi, b’iżjed ħegga. Hawn suppost nifhmu li t-tarbija ma tħallix lill-omm tieħu gost bir-riħa u bit-togħma tal-kafe… u għaldaqstant, jinħtieġ li tħallas lil xi ħadd biex tkun ħielsa minn kull xkiel biex tgawdi n-naqra mistrieħ li tant tixtieq.

Meta din l-omm qalet xi ħaġa hekk -“Ajma xi dwejjaq, anqas kikkra kafe bil-kwiet ma nista’ nieħu…” ġietha l-ideja sublimi.

Issa dan l-aħħar rajt riklam ferm iżjed ridikolu minn dan.

Tfajla b’par xoftejn ħomor qroll tħares ċassa lejn il-kamera. F’ħalqha, kważi minn rokna għall-oħra, ġiżirana bil-pendent tal-ġawhar. Qisha kelba b’għadma f’halqqha.

Kull ma kien jonqosha kienu dwiefer perfetti, li ma tmurx bl-eċitament li qalgħet rigal daqshekk sabiħ, tiblagħha.

U l-kor ta’ ixtri din, onfoq għal dik, akkwista dawn u aħfen dawk, jidwi ma’ kull kantuniera, kull pulikazzjoni, u (kważi!) kul stazzjon tal-medja.

Darba minnhom, il-filosfu Rabbi Moshe Ben Maimon ħareġ bit-tejorija ta’ Responsabbiltà Soċjali, ħafna qabel ma’ ħolmu biha l-istudjużi li jiktbu t-testi tal-filosofija.

Hu saħaq li l-karità ma ssirx biss mal-fqar, jew mall-miżerabbli. Issir ma’ kulħadd, u f’kull ħin.

Fil-ktieb tiegħu, it-Torah Mishneh, tana t-Tmien Gradi ta’ Karità. U m’għandniex xi ngħid, qajjem kjass, għaax kien hemm min qal li “basta tgħin” – daqskemm min qal li “għandu raġun”.

Imma allura, jekk tagħti l-karità “bilfors”, ikollok mertu? Min jaf? Iżda l-fatt hu li min jirċeviha, jkun ħa xi ħaga – sakemm int ma tkunx tajtu l-imbarazz, ngħidu aħna jeans imqatta (u mhux għax moda) jew ikel skadut. Jekk mhux ukoll imbagħad tiftaħar kemm tagħti karità.

Forsi tagħti inqas milli tista’ tagħti, iżda tagħmel hekk bil-qalb. U hawn, ukoll tgħid li tajt, forsi biex tagħti eżempju… min jaf? Imma ma tgħidx li stajt tajt €10 u tat biss €2. “Għax ma tafx dak li jun hux sinċier…”… argument li m’għandux x’jaqsam. Mela jekk għandek id-dubju, għaliex tajt?

“Għax jaħassra, miskin, jien ħassejt għalih, u forsi vera kellu bżonn…” mela, nerġa nistaqsi… għaliex ma tahtx kemm stajt tagħti?

U ma ninsewx li ahwn min jagħti xi ħaġa “għax hekk suppost” jew “għax hekk imodorrijin aħna”, u tara l-ħarsa kwazi kerha, u l-fatt li anqas iħares lejn dak li jun, waqt li jagħti… Jew “nagħtu” għax ikun fund raising, u għaldaqstant ikollna “mertu” iżjed… jew inkella, forsi, forsi, xi opportunita li nirbħu xi ħaġa wkoll.

Billi titbissem meta tagħti xi ħaġa, ma titlef xejn…anzi kemm int u kemm dak li miegħu tagħmel karità tħossukom aħjar. U ma ninsewx li anki tbissima u kelmtejn jafu jkunu rigal ħlejju… iżjed u iżjed meta dan tagħmlu b’sagrifiċċju għax ikollok x’tagħmel jew ma tkunx burdata tajba.

Maimonides, bejn wiehed u ieħor, qal hekk:or, al hek

  1. Tagħti self mingħajr imgħax lil persuna fil-bżonn;
  2. Tagħti anonimament li xi ħadd li ma tafx min hu;
  3. Tagħti anonimament li xi ħadd li taf min hu;
  4. Tagħti bid-deher lil xi ħadd li ma tafx min hu;
  5. Tagħti qabel ma jitolbuk;
  6. Tagħti sew, wara li jitolbuk;
  7. Tagħti, iżda mhux daqskemm tista’;
  8. Tagħti għax hekk suppost, jew bilfors.

U aħna, kos… min jaf ma’ liema kategorija qegħdin…

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: