Tanja Cilia

Freelance Writer

Int blajtha tal-Ebola?

http://www.inewsmalta.com/dart/20141021-int-blajtha-tal-ebola

Dandelion

 

15:59  |  21.10.2014

Tlajt fuq tal-linja, u nzertajt qgħadt ħdejn mara li minn ħwejjiġha kienet tidher li hi Musulmana.

Inħoss min itaptapli fuq dahri. Dort, u sibt li kienet waħda li nafha biss minn wiċċha. Gedwditli xi ħaġa f’widinti, u kulma fhimt kienu l-kliem “Afrika” u “ebola”. Ma kontx naf għandix nidħaq jew nibki. Ma kellix għalfejn nistaqsiha sewwasew x’qaltli, għax indunajt.

Din, mela, kienet waħda minn dawk li jaħsbu li l-Afrika fiha ftit iżjed minn Kemmuna, u li jiġri f’pajjiż minnhom jaffettwa l-kontinent kollu. Assumiet li la din il-mara, xi darba f’ħajjitha, kienet tgħix fl-Afrika, mela allura hija potenzjalment carrier tal-virus tal-ebola. Ma qomtx minn posti.

Ħafna Maltin, jekk ittihom mappa vojta tal-Afrika u l-ismijiet tal-Liberja, in-Niġerja, Sjerra Leone u l-Ginea, u tgħidilhom jagħmluhom f’posthom, ma jkunux jafu jagħmlu dan.

Jgħidulek li la mietu “nies li mhux Afrikani”, mela allura aħna wkoll għandna ċans sabiħ (insomma, ikrah) li nittieħdu.

Ilbieraħ, fil-Knisja, iltqajt ma’ oħra minn dawn in-nisa. Inzerta li l-qassis, waqt il-mument li fih nagħtu l-paċi lil xulxin, ħeġġiġna biex nieħdu b’id ta’ ħdejna. Din, moħħha mimli bl-aħbarijiet dwar it-trażmissjoni tal-virus, qaltli, “Ara ruħi, paċi ntik kemm trid, imma taf int, allavolja int Maltija u Nisranija bħali… ħabba l-ebola…” u ħalliet is-sentenza mdendla. Kieku tbissmet u qaltli li xtaqet li l-paċi tkun miegħi, bla ma ħaditli b’idi, kienet teħles eħfef, u kienet tinstema’ inqas ridikola.

Jien ngħid li iżjed qed jinfirxu l-assurdità u l-esaġerazzjoni milli l-marda. Din il-ħaġa rajnieha waqt li kien hawn is-swine flu, li kull min hadha (inkluża jiena) suppost li miet… u issa iżjed u iżjed.

Kull min għandu xi naqra razziżmu jiġri f’demmu qed isib ix-xoqqqa f’moxtha biex jipponta subgħajh lejn dak u dik, biex ipittirhom bħala theddida. Jgħidulna li din hija reazzjoni ‘naturali’, għax ir-riskju huwa wieħed ‘sinifikanti’.

Naraw il-fenomenu soċjokulturali fejn il-grupp li “mhux bħalna”, jew li “ma rriduhx”, nittimbrawh bħala theddida jew għall-istabilità tal-pajjiż jew, kif qed jiġri issa, bħala theddida għas-saħħa. X’hemm aħjar minn naqra paranojja biex tkeskes lin-nies u toħloq paniku?

Xbajt nisma’ stejjer ta’ barra minn hawn – li s’issa għadhom ma ġrawx hawn Malta. Hemm dak il-parrukkier li ma jridx jaqta’ xagħar jew iqaxxar leħja ta’ min kien l-Afrika mill-bidu ta’ din is-sena, ikunx abjad jew iswed.

Hemm dik l-għalliema li, għax attendiet konferenza f’Dallas, ma ħallewhiex tidħol lura fil-klassi “għalissa”. Hemm dak il-mudell li minn rajh qiegħed fi kwarantina stretta, għax kien fuq ajruplan fejn kien hemm xi ħadd li wara nstab li kellu l-marda.

Iżda l-ikreh storja li smajt kienet dik li ġrat f’Beeville, Texas. Hemmhekk huma t-tfal li qegħdin jitqiegħdu fil-kwarantina… iżda mhux kollha, u mhux biss  jekk ikunu ġejjin minn pajjiżi effettwati mill-ebola.

Nispjega ruħi: ir-residenti ta’ Beeville skoprew li kienu waslu xi tfal mill-Afrika tal-punent, biex jgħixu fil-belt tagħhom. Ovvjament, kienu ser jattendu l-iskola. Il-ġenituri stinkaw biex dawn it-tfal hemmhekk huma mwerwra. Wara ma jitħallewx imorru l-iskola, li ma jmorrux jinfettawlhom lil uliedhom. Eh, bilħaqq – ħadd minn dawn it-tfal ma kien mill-pajjiżi milquta sew mill-marda.

Jgħidulek biex taħseb fil-ħażin, ħalli t-tajjeb ma jonqosx. Sadattant, lil nies li tabilhaqq huma ta’ periklu għas-saħħa tas-soċjetà tagħna, għax jisogħlu u jgħattsu f’wiċċna bl-addoċċ, rari biex nitwerwru minnhom…anzi nberkuhom!

 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: