Tanja Cilia

Freelance Writer

Imma X’Taqbad Tagħmel, Għid?

Clock2

 

Mela darba fost l-oħrajn – għax hekk jibdew l-istejjer tal-waħx – kien hemm omm li qalet kemm hi ddispjacuta minħabba kumment li għadditiha waħda mara li anqas biss tafha.

Gara li din i-mara kienet ħadet lit-tifel il-playground, u kien hemm ieħor li mbuttah biex joħodlu l-bandla. Dan, billi għand l-awtiżmu, ħadha bi kbira, u rama’ jwerżaq. Il-mara l-oħra fis ġibdet lill binha ‘l hemm, u qaltlu tilgħabx miegħu għax dak salvaġġ u anqas biss indejnjat ruħa tifhem li tagħha kien li beda’ d-diskwit.

Din l-omm qaltilha li t-tifel tagħha “hekk jagħmell”, u spjegatillha fuq fuq dwar din i-kundizzjoni, għax mid-dehra l-oħra ma kienet taf xejn fuqha. “U allura!” qabżet din, “Mela allura libbsu xi brazzuletta, jew xi ħaġa, hux, biex aħna inkunu nafu u nħalluh kwiet…”

I-ħabiba tiegħi tbikkmet. Baqax uoll – allura, tgħid, niġu fi stat li skond il-kundizzjoni li jkollhom, inibbsu brazzuletta lil uliedna, biex ikunu “colour-coded” u kulħadd jagħmilu tabella?

Ftakart f’din i-konverżazzjoni illum, meta kont qed nitħadded ma’ omm li sabet ruħa f’sitwazzjoni simili.

Ġara li tifla mill-klassi tat-tifla tagħha għamlet festin – u stiednet lil kulħadd barra lit-tfla… għax din ukoll għandha l-awtiżmu. Ġieni ħsieb, u ċempilt lil xi ħbieb tiegħi biex nara jekk din is-sitwazzjoni ta’ diskriminazzjoni teżistix x’imkien ieħoor ukoll, taħt forom oħra… u sibt li kelli raġun.

Qaluli li din is-sitwazzjoni ma tinstabx fl-iskejjel biss.

Hawn min isir jaf, b’kumbinzzjoni, xhur wara li membri tal-familja għamlu ikla, jew saħansitra kellhom xi okkażżjoni bħal tieġ, u lilhom ma stiednuhomx.

Issa jekk int li qed taqra taħseb li dan sar għax fil-familja hemm xi wild b’kundzzzjoni, u “ma riedux jimbarazzaw lill-genituri tiegħu” (sik skuża tajba!), ikolli mmerik.

Skoprejt li hemm min assolutament ma jridx tfal addottati, huma minn liema pajjiż huma. Dan għaliex “dawk mhux tfal tagħna ta’ vera, dawk ġabuhom u żejda…”

Skoprejt li skuża simili tolqot lil tfal li huma fostered.

Skoprejt ukoll li hemm għaqdiet fejn jiddiskriminaw bejn it-tfal; dejjem jintagħzlu l-istess tfal għal xi ħaġa “mhux tas-soltu”, bl-iskuża li huma ‘tajbin’. U l-oħrajn, allura, qatt m’huma ser ikollhom ċans jippruvaw ikunu tajbin.

Skoprejt li allavolja it-tfal m’għandhomx partit, xorta hemm tfal li ssir diskriminazzjoni kontra tagħhom, jekk i-partit tal-ġenituri tagħhom ma junx bħal dak li jżomm miegħu min imexxxi… Forsi din kumbinazzjoni?

Skoprejt li hawn tfal li ommijiet oħra ma jridux lil tagħhom jagħmluha magħhom… għax il-ġenituri tagħhom huma mifrudin… u dan jgħodd kemm jekk xi ħadd mill-ġenituri għandhom lill xi ħadd ieħor, u kemm jekk le. U hawn min, għal raġjuniet ovvji, jinkudi f’din il-lista lil tfal li għadhom ġenitur li romol.

Skoprejt li fejn hemm skejjel li m’humiex dawk fejn jattendu biss tfal mill-viċinianżi, ikun hemm ommijiet li jgħidu lil uiedhom “għax dawk mhux bħalna”, u jħassrulhom i-ħbiberiji… u jitahru li jagħmlu hekk, bħalliekieku il-ħbiberija tat-tfal innoċenti hija xi ħaga li “ma tħallihiex isseħħ”.

Hawn tfal li anqas biss jindunaw li tkun saret diskriminazzjoni kontra tagħhom – imma l-adulti li jafu li tkun saret, u l-piena tibqa’ hemm is-snin tas-snin.

Biex ifarfru, jgħidulek li fid-dar tagħhom m’hemmx access, jew li żgur (qishom qedgħdin f’moħħu) li ma jieħux gost, dan it-tifel, “għax ma jafx”, jew għax “iħossu ħuta barra mill-ilma għax ma jafx jitkellem bil-Malti”.

Biex iserrħu l-kuxjenza, jgħidulek li ma stiedunx li dak u li-ieħor “ma jmorrux jaħsbu li għar-rigal”. U anqas tgħadddilhom minn moħħom li jċemplu, u jitkellmu mal-ġenituri tat-tfal.

U int? Iġġib ruħek f’dawn iċ-ċirkostanzi, kif tixtieq li kieku ħaddiehor iġib ruħu miegħek?

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: