Tanja Cilia

Freelance Writer

Dinja Għalija: Biex Ma Ninsewx

Newspaper

11:56  |  07.10.2014

Għadda mingħala widnejja li hawn jiġru mas-saqajn erba’ ġurnalisti arroganti mhux ħażin.

Nispjega ruħi, biex ħadd ma jaħseb li qed naqla’ minn żniedi… li ser ngħid, għalkemm biddilt xi dettalji biex il-każijiet speċifiċi ma jintgħarfux, qaluhuli dawk li kienu involuti stess. Il-kummenti fuq l-aħbarijiet attwali huma tiegħi.

Forsi ġieli rajtu xi cartoons antiki li fihom xi razez ta’ nies huma murija bħala kannibali. U ġieli smajna b’każi – saħansitra fl-Ewropa u l-Amerika – fejn instab li din il-ħaġa għadha ssir illum ukoll. Din il-ġimgħa, kien hemm każ ieħor fl-aħbarijiet. Ma jistax jonqos li kien hemm min għadda kummenti li drajna nisimgħu bħalhom, għax inzerta li l-vittma kienet transesswali.

Li rajt oxxen kien li “ġurnalista” dehrilha li kienet xi ħaġa li tista’ tiċċajta biha. Nimmaġina li kieku l-mejta kienet oħtha, ma kinetx tirraġuna hekk. Forsi din għadha tibda’ fix-xandir… forsi kienet kemmxejn nervuża quddiem mikrofonu… forsi wweħlilha lsienha u ppruvat timla’ dak li kieku kien ikun dead air. Imma jien xorta nistaqsi fejn hi l-etika ġurnalistika.

Każ ieħor li urtani kien ix-xandir tal-filmat ta’ qtil ta’ ostaġġ tal-IS. Hawn nimmaġina li l-ġustifikazzjoni kienet li “la xandruh l-istazzjonijiet importanti, mela allura inxandruh aħna wkoll”. Qisniex in-nagħaġ ta’ Bendu, mela?

Kulħadd jinsa’ wisq malajr li dak li “jgħadddi” għal minn ifittex li jxandar is-sensazzjonaliżmu, mhux bilfors li etika li xxandru.

Taħt din il-kategorija wkoll insibu dawk il-ħafna ritratti meħuda minn siti soċjali, għax huma “public domain”, biex iżejnu l-artikli tal-gazzetti u pubblikazzjonijiet oħrajn. Dawn, m’għandniex xi ngħidu, ikunu magħżula bir-reqqa… jekk tfajla tkun akkużata li saqet karozza meta kienet fis-sakra, mhux ser jisiltu ritratt fejn tidher bilqiegħda fuq bank fi ġnien, taqra ktieb.

Tgħiduli, mhux aħjar li tefgħetu hi fil-pubbliku, milli ritratt meħud fuq l-għatba tal-qorti, mingħajr il-permess tagħha, iżda li ttieħed għax “fil-beraħ” u “bżonn” biex jinthemeż mal-artiklu. Tabilħaqq li m’hemmx aħjar jew agħar – il-ħażin, ħażin jibqa’, anki jekk ikollu kisja ġelu tal-iskużi.

Kellmuni ġenituri li bla ma riedu, sabu ruħom fl-aħbarijiet għax reporter jew insomma xi ħadd min-newsrooms dehrlu li l-ġrajja tagħhom jew kienet interessanti biżżejjed biex titqies bħala aħbar, jew inkella kien baqalhom xi ħames minuti x’jimlew, u tahom paniku għax ma sabu xejn jgħodd għal taħt snienhom.

Dawn il-ġenituri qaluli li meta l-fatti tal-istorja tagħhom ġew mgħawwġa biex isostnu l-punt tal-ġurnalist, jew inkella għax dan tant għadu lura li ma jafx kif imorru l-affarijiet, mhux talli ma ngħatawx raġun, talli qalulhom li “m’għandhomx dritt” jitkellmu għax kienu huma, wara kollox, li tkellmu fuq l-istorja tagħhom fil-pubbliku, u li jmisshom ħallewha ‘private’.

Il-ħajja medja tal-bniedem hija qasira – ma nafx għaliex nippruvaw nagħmluha diffiċli għal ħaddieħor. Possibbli li m’hemmx Editur Ġenerali f’kull karma tal-aħbarijiet li għandu sens ta’ etika li barra li jirranġa l-Malti mbażwar li qed itertaq l-ilsien nazzjonali, juri lil dawn iż-żgħażagħ li mingħalihom li huma esperti tal-medja, li hemm rig li m’għandux jinqabeż, minkejja li jkun hemm entużjażmu kbir biex tikber l-udjenza tagħhom personali u tal-istazzjon jew tal-publikazzjoni?

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on October 10, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: