Tanja Cilia

Freelance Writer

Ħasla Papali

Applause

 

Qamet diskussjoni fuq il-ħasil tal-ħwejjeġ.

Ħaġa minn awl id-dinja li la din saret fuq Facebook, damet sejra xi ġimgħa. Min jammetti x’iħobb jagħmel (u kemm jonfoq flus fid-diterġenti), min jipprva jdaħħaq, min jikkumenta, u min jipprova jiftaħ is-suġġett beraħ billi jsemmi faċendi oħrajn.

Ghaldaqstant, assolutatment ma kienetx storja ta’ “kemm hawn min m’għandux x’jagħmel”.

Kollox beda’ meta waħda qalet li meta tonxor ix-xugamani, trid tara li jkunu dritti, u li l-biċċa milwija minn fuq ta’ kull wieħed trid tkun daqs ta’ l-oħrajn, u dawk ix-xugamani li huma l-istess, ikunu minxura fejn xulxin, qishom suldati.

Qamet agħagħa kbira, u skoprejana li hawn min ineħħi l-labar tal-kuluri li ma jħobbx, u jtihom lil xi bazaar, jew xi għalliema tal-Kindergarten, biex bihom jonxru l-pituri tat-tfal mal-Habel li jun għaddej mal-ġenb tal-klassi.

Oħrajn, bħali, m’għandhomx din il-problema, għax il-labar huma tal-injam.

Il-perfezjoniżmu fl-inxir jidher meta min jonxor jara li l-bjankerija tkun fuq l-aħħar ħabel, u din tkun mgħottija mill-għajnejn ghax quddiemha jintaxru lożor imħolliha apposta għalhekk, li ma jintużawx fis-sodod.

Il-metikolożita’ fl-inxir tidher meta kull biċċa li tinħtieġ żewġ labriet, tkun minxura bi tnejn tal-istess kulur.

L-organiżżazzjoni fl-inxir tidher meta kull par kalzetti jkun minxur tnejn tnejn, u jkollu l-qiegħan iħarsu lejn l-istess naħa.

Hawn min għandu sett spallieri li jħallihom biex fuqhom jonqorx il-qomos imxarbin għasra, biex b’hekk jiffrankaw ħafna mogħdja, jekk mhux kollha. U ahwn min jgħaddi kollox, anki l-paljazzi.

Bħal il-ħajja, hawn min hu fonqla fl-inxir tal-ħwejjeġ. Dawn in-nies jitwu kollox fuq il-bejt stess, biex meta jdaħħlu l-ħwejjeġ, kemm jerfgħuhom, jew iqiegħduhom fuq is-sodod ta-membri tal-familja tagħhom, mill-ewwel.

Iżda… kien hemm min ammetta li jonxor bl-addoċċ, kemm għax m’għandux ħin jilgħab… u kif ukoll għax il-ħwejjeġ xorta jinxfu. Ukoll, hija iżjed faċli li tħott banju ħwejjeġ fuq sodda u titwihom minn hemm, milli tgħaddi l-ħin bilwiqfa, fix-xemx jew fil-kesħa, biex titwi.

Ta’ min jinnota li kien hemm min ammetta li l-attenzjoni kollha li jagħti lill-inxir hija nieqsa fil-faċendi l-oħra kollha… u oħrajn qalu li saħansitra l-ispallieri tal-dbielet huma kollha l-istess kulur, u li l-qomos u l-flokkijiet huma mdendla fil-gwardarrobbi skond il-kuluri taghhom.

Hemm min imur iżjed ‘l hinn – għax il-ħwejjeġ huma mdendla fuq spallieri tqal tal-injam, kull qmejsa mad-dublett u l-bijotterija li jmorru magħha. U dawn rari biex jilbsu qmis mad-dublett li mhux “tagħha”, allavolja jafu li jekk iħalltu, ikollhom iżjed varjeta’ fl-ilbies tagħhom.

Hawn min għandu t-tabelli fuq il-kaxxi taż-żraben [skond l-ordni tal-alfabett].

Hawn min, meta jagħmel ix-xirja, jqiegħed kollox f’kaxex pariġġ tal-plastik, u jekk jista jkun, din l-operazzzjoni ssir qabel ma jiġi t-trakk tar-Recycling, biex il-boroż, kaxex, u pakketti, ma jdumux jingumbraw il-bitħa.

U, kos… kemm hija bħall-ħajja tagħna in-naxra. Meta konna żgħar, u forsi anki issa, konna naħsbu li jekk nagħmlu l-affarijiet eżatt, kważi kważi bl-iskrplu, b’sagrifiċċu kbir, u bil-fissazzjoni, il-Mulej ser jieħu gost bina iżjed milli kieku nagħmluhom b’qalbna ħafifa u sens ta’ mħabba, u mhux ta’ dover ta’ bilfors.

Nagħmlu bħal dak il-Farizew li ftaħar li hu tajjeb, u li għaldaqstant, il-Mulej għandu jitpaxxa bih, għax kien jgħix kif suppost. Qisu kien tajjeb bil-ħila tiegħu stess.

Anqas tgħaddilna minn mohhna li bħall-pubblikan, ahna midinba, u li jekk il-hwejjeġ tagħna mhux minxurin sew, iżda ndaf u niexfin, u riħa ta’ xemx, meta nniżżluhom isfel biex nitwuhom, dawn ikunu puliti daqslikieku intaxru drittti, eżatti, u qishom tar-riklami tad-ditergenti…

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: