Tanja Cilia

Freelance Writer

Abjad jew Iswed… mhux Griż!

Leħen Is-Sewwa 02/08/2014

 

Galaxy

 

 

 

 

 

Mela darba, kien hemm skultur Ċiprijott jismu Pygmalion. Fettillu jonqox statwa tal-avorju ta’ mara li iżjed tard, issemmiet Galatea. Ġara li ffissa fuq l-istatwa u xtaq li kieku kellu mara eżatt bħalha. Din hi storja tal-Mitoloġija Griega, u hi ħaġa minn awl il-dinja li Ovid, fix-xogħol tiegħu Metamorfosi, jgħid kif l-alla Afrodite għamlet li l-istatwa ssir tad-demm u l-laħam.

Mela dak l-iskultur fil-veru sens tal-kelma kellu mara mhux talli eżatt kif xtaqha talli eżatt kif riedha u kif ħoloqha. Fil-letteratura nsibu eluf ta’ stejjer fejn il-mara takkomoda lir-raġel, jew għax tħobbu, jew biex ma titilfux.

X’inhu li jagħmel relazzjoni waħda tajba u dejjiema?

Qamet polemika dwar il-film imsejjes fuq il-kotba Fifty Shades of Grey. Uħud qed jgħidu li se jkun suċċess, filwaqt li oħrajn qed iħeġġu li jsir bojkott tal-fim għax mhux aċċettabbli. Il-ħelwa hi li hawn min qed jinsisti li dan hu biss fantasija, u li ma fiha xejn billi wieħed iqatta’ nofs siegħa (anzi iżjed) f’dinja tal-ħolm. U hawn, is-surrealiżmu tal-kummenti tikber, “għax films hekk jgħinuk tibni relazzjoni”. Il-kotba ma qrajthomx, imma qaluli li allaħares kellhom jiġu taħt idejja biex indurhom għall-qari tal-provi u l-editjar, għax kieku ntertaqhom.

U allura x’fihom dawn il-kotba u l-film pornografiċi u kontroversjali? Dorothy Pilarski, kittieba u ġurnalista mal-Catholic Register, u xandara fuq Radio Maria [Amerika], tkellmet sew fuq dan is-suġġett, iżda ħegget li jsir bojkot.

Li tgħid lin-nies biex jibbojkottjaw il-film ma taħdimx. Min ma kienx sejjer jarah xorta ma jmurx; u min kien sejjer ma jkunx jimpurtah mill-bojkott. U hawn Mata m’aħniex imdorrijin induru bit-tabelli madwar it-teatri biex inwissu li xi film hu oxxen.

  1. F’films bħal dan, is-sesswalità ma tibqax rigal mingħand Alla, iżda ssir arma mistmella f’idejn dak li għandu poter fuq il-mara; u dak li hu pervers jintwera bħala normali, jekk mhux ukoll ta’ gost.
  2. Films bħal dan jagħtu l-idea li dak meqjus normali hu ta’ dwejjaq jew ikrah, u wkoll jirridikolaw l-intimità u l-iskop tal-att konjugali. Filwaqt li l-assoċjazzjonijiet tal-psikjatri jiddikjaraw li xi azzjonijiet huma “mard psikotiku”, f’dawn il-films ma jitqisux hekk.
  3. Il-film jagħmel il-mara agħar minn biċċa laħam; l-umiljazzjoni qatt mhi sabiħa. Qatt m’hemm xejn “sabiħ” fil-kattiverja u fil-vjolenza, la fil-kamp tal-battalja, la fuq il-lant tax-xogħol, u wisq inqas fil-kamra tas-sodda.
  4. Il-pornografija tkisser il-familji. Aħseb u ara meta magħħa żżid il-vjolenza. La ddaħħalx lifgħat f’ħobbok.
  5. Is-sess qabel iż-żwieġ mhux romantiku, iżda ħażin.
  6. Jekk int ġenitur, qed tagħti eżempju hażin ferm lit-tfal.
  7. Jekk tiftiehem ma’ martek jew ma żewġek, jew ma’ sħabek, biex tmorru flimkien “għall-kurżità”, tkunu ressaqtu lilkom infuskom lejn il-ħażen, meta int suppost tkun dawl għall-passi ta’ dawn in-nies.
  8. Meta tara l-oxxenità sseħħ quddiem għajnejk, tkun poġgejt lilek innifsek f’okkażjoni dijabolika u ta’ dnub, li bħala Nisrani suppost li qed taħarbu.
  9. Meta tisma’ kliem ħażin iżarżru f’widnejk waħda wara l-oħra, bla ma trid tiftakarhom… u forsi tużahom ukoll.
  10. Raġel li jixtieq juża u jabbuża minn mara, xorta jkun qed jagħmel delitt, allavolja wara forsi jiksiha bid-deheb. Billi tikkollabora ma’ raġel vjolenti, ma tkunx sirt daqsu, iżda ssir tapit tiegħu.
  11. Tingħata l-idea li s-sess huwa ġugarell li tużah kif u meta trid, flok li hu xi ħaġa qaddisa.
  12. Tinsiex li jekk tmur tara film bħal dan, tkun qed issostni l-magna tal-ħniżrijiet li jsiru biss biex jimlew il-bwiet ta’ min jagħmilhom.

Tħallix lil min ibellgħek ir-ross bil-labra!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on August 2, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: