Tanja Cilia

Freelance Writer

Tiċħdu, Inti, Lix-Xitan?

Lehen is-Sewwa 19 July 2014

Arm Wrestling Jesus

 

Kulħadd jafha l-istorja ta’ meta x-xjaten għamlu laqgħa tal-Kunsill u waslu għall-konkluzzzjoni li jekk aħna ma nemmnux li huma jeżistu, ikunu rebħu l-battalja.

Daqstant ieħor kulħadd jaf li x-xitan darba kien anġlu msejjaħ Luċifru, u li bil-qżies u l-kbirija li kellu, tilef postu fis-smewwiet. Ġesù qalilna li Hu ra lil Satana jaqgħa bħal sajjetta mis-sema, u qalilna wkoll li l-missjoni tiegħU fuq l-art kienet biex jegħleb l-opri tax-xitan. Ommna Marija Immakulata tisħaq ras is-serp.

U l-helwa hi li hawn minn jinnega dan kollu u jgħidlek li x-xitan ma jeżistix.

B’hekk, ikun qed jiċħad lix-xitan mhux għax ma jagħmilx il-ħażen, iżda għax jinnega l-eżistenza tiegħu.

L-Arċisqof Fulton J Sheen darba qal li filwaqt li l-isem t’Alla huwa Jien li Jien, ix-xitan jipprova jmaqdrU u jgħid “jien li m’inix”.

L-ghadu tal-erwieħ irid ifixkel. Għandu tattika, fil-veru sens tal-kelma, ta’ barra minn hawn. Irid iġenninna, jirrabjana, jiffrustrana, jirritana… basta nitilfu l-paċi ta’ moħħna, ta’ qalbna, u ta’ ruħna. Iridna inkunu agressivi, egositi, u passivi fejn tidħol il-Fidi. Din hija r-rejalta, u iżjed ma nifhmuha malajr, iżjed ngħarfu nikumbattu l-ħażen. Ix-xitan irid jostakola l-ħidma tal-Ispirtu s-Santu fil-Knisja.

Issa dan l-aħħar kont qed naqra li fis-servizz tal-magħmudija taċ-Church of England, ser jitneħħew ir-referenzi kollha għax-xitan. U ir-raġuni, jew aħjar, l-iskuza għal dan hi li ċ-ċerimonja b’hekk ser issir “iżjed sempliċi”.

U bilħaqq – ser tpaxxi wkoll lil dawk li kienu qishom jieħdu għalihom meta l-Pastor jirreferi għalihom bħala “midinbin”. Ilkleru, mhux jiġbed lin-nies lejn il-knisja jrid, wara kollox? U jħassra. Mhux kisra li tkellem lill-parrini u tgħajjarhom li huma midinbin, iżda li għa ndhom jagħmlu sforz u jgħinu lill-ġenituri jrabbu lit-tifel “sew” – mhux iżjed “fil-biża t’Alla”? Iżjed faċli tgħid kiem ħlejju li ma jfisser xejn.

Għax daż-żmien, hawn min ma jarax il-għala għandek taħli l-għodwa tal-Ħadd fil-Knisja. U għladaqstant, aħjar li ma tordnax lill-parrini biex jaraw li t-tifel jiffissa fuq ir-Reliġjon… basta jgħix ta’ bniedem tajjeb. Basta jgħinuh isaħħaħ ruħu; għax din hija knisja progressive u liberali, fejn m’għadx hemm bżonn li jirrikonoxxu l-ħtieġa li jirrinunzjaw lil Satana.

Minn-naħa l-oħra, il-knisja trid tkun “post ta’ merħba, fejn il-kleri jagħti sehmu biex jiggwidak tul it-triq tal-fidi.” Ngħidu aħna, q, u kif tasal isek mill-Belt trid tmur il-Blata-l-Bajda, u ma trid tammetti li teżisti l-Floriana… u kif tasal ħdejn il-monument, taqbad ġirja waħda bla nifs, u la tħares ‘l hinn u l-anqas ‘l hawn, sakemm iddur għal Spencer Hill, sfinit, u tgħid… ara, mill-Belt wasalt il-Marsa u ma kienx hemm għalfejn ngħaddi mill-Floriana.

Il-proposta li titħassar ir-riferenza għax-xitan mir-ritwali, irċieva l-approvazzjoni ewlenija mill-Għaqda tal-Isqfijiet Anglikani – issa jonqos li ssir diskussjni fis-Sinodu Ġenerali Anglikan, fl-aħħar ta’ dan. Jekk it-test il-ġdid ikun approvat, jgħaddi… U ċ-Church of England tkun tilfet kull sens ta’ dnub. Kulħadd jimxi skond il-kuxjenża tiegħu… u jekk din tkun bla limitazzjonijiet, daqstant ieħor jaġixxi dak li jkun.

Għax il-kunċett ta’ dnub ma jibqax jeżisti, u int tħossok tajjeb għax, ngħidu aħna, tmajt lill-qtates tat-triq. Imma jekk tiġġakbina lil xi ħadd fuq ix-xogħol… eh, ruħi, dak business. Mhux kulħadd hekk jagħmel?

Meta nħarsu lura, naraw xejriet simili hawn Malta wkoll. Dejjem tikber ix-xewqa ta’ liberazzjoni f’dinja sekulari; għax i-bniedem għandu bżonn jistrieħ… u dan isir billi wieħed jixrib, jew ipejjep, jew insomma jirrikreja ruħu kif ifettillu.

Naraw kif il-Qdusija tiegħu Franġisku I jgħid li Satana hu l-prinċep ta’ din id-dinja, u missier it-nasbiet. Iwissina li l-frott tiegħu huma l-qerda, il-firda, il-mibegħda u l-kalunja.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on July 19, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: