Tanja Cilia

Freelance Writer

Tieġijiet, Funerali, u Magħmudijiet…

Lehen is-Sewwa, July 5, 2014

 

Ir-Reliġjon… kultant qisha ċewing gum, kultant qisha plastic, kultant qisha xemgħa, u kultant qisha ġebla taż-żonqor.

Mela, ix-xahar l-ieħor stħajjiltni li qed nieħu sehem f’xi film bħal Four Weddings and a Funeral, għax ma nafx kemm-il funeral, tieġ, u magħmudija attendejt.

Kif jiġri, f’xi uħud minnhom iltqajt mal-istess nies, u għaldaqstant stajna nkomplu xi konverżazzjonijiet li konna nkunu bdejna fl-okkażżjoni ta’ qabel (meta noħorġu mill-knisja).

L-iżjed argument li nteressawni kienu kif aħna kapaċi ndawru kull ħaga f’diskursata mimilja politika, reliġjon, u seksik… u ma ngħidilkomx kemm ħadna gost, jien u xi erbgħa minn sħabi (li aħjar ma nsemmihomx għax intappnilhom ir-reputazzjoni), nirreċtaw biex nuru kemm dan huwa tabilħaqq minnu.

Xi ħadd gidem lil xi ħadd ieħor? Dak għax mhux Nisrani. Xi ħadd razzist? Dak mhux Nisrani, anqas. Xi ħadd jidgħi? Mela l-Insara jidgħu, x’kull waħda?

Hawn min għall kull sitwazzjoni tal-ħajja li tinqala’, kapaċi jikkwotalek silta, jekk mhux paragrafu, mill-Bibbja. Allura dan, Nisrani?

Aħna suppost li nkunu l-melħ tal-art. Allura min ma jħallihiex ħelwa għall melħa, allura dak Nisrani? U min flok imnara fuq xkaffa ikun qisu lejl bla stilel, għax dejjem jirrifletti d-dlam – allura dan, mhux Nisrani?

Għandna ħafna distrazzjonijiet. U tentazzjonijiet. U azzjonijiet ta’ ħaddieħor li, apposta jew le, iservu biex itelfuna l-paċi tal-ħajja. L-aħbarijiet mimlijin dwejjaq u ġlied – u li tkun Nisrani hija l-unika ħaġa kostanti, bħall-imluħa tal-melħ, fil-ħajja tagħna.

Fħax f’dinja tal-biża, fejn l-immoralita u l- promiskwità, it-tbatija, l-inġustizzji, u mitt ħaġ’oħra jiġġieldu għall-attenzjoni tagħna, mhux ħaġa faċli li temmen li Alla jaf b’kull werqa li taqa’. U dik hi n-nassa li ma rridux naqgħu fiha.

Wara l-ewwel kafe, id-diskursati x’aktarx li daru fuq kif jew xejn m’hu xejn, jew kollox hu dnub – dejjem skond ma’ min tkun qed titkellem. U billi tkun skrupluż, tkun Nisrani iżjed minn ħaddieħor? Jew ma tkunx tista’ tgawdi l-ġid kollu li tak il-Mulej ħanin għax dejjem tkun moħħok li stajt offendejtU b’xi ħarsa mhux xierqa, jew b’xi kelma żejda?

Li tkun bilanċjat, tkun qiegħed eżatt fin-nofs bejn li tkun laxk u li tkun skrupluz? Li tkun moħħok hemm ifisser li la tħalli lid-dubji, u anqas l-iskandli, jaffettwawk… jew li tintilef warajhom?

Fil-funerali, kien hemm uħud li ħasbu li jekk tilbes l-iswed, l-abjad, jew il-griż biss tkun qed turi rispett lejn il-memorja tal-mejjet. Anqas biss taw każ li l-ħwejjeġ ta’ sitta minnhom ma kienux ikunu biżżejjed biex jgħattu tubru.

Fit-tiġijiet, kien hemm min assuma li biex ma tħissx sħana, forsi biex tkun “pulita”, i.e. liebsa tal-okkażżjoni, kien jinħtieġ li tqaċċat u tikxef.

Fil-magħmudijiet, kien hemm min dehrlu li mhux it-trabi biss għandu jkollhom l-attenzjoni tal-kongregazzjoni.

Fejn hu l-għaqal tad-diskrezzjoni? Ikolli ngħid li dan ikun, kultant, ferm iżjed meħtieġ mill-kapaċita li nikkwotaw verbatim ­l-aħħar ħames enċikliki.

L-għaqal ma jinstabx biss f’li tkun skrupluża, u li tgħid li l-Kappillan imissu almenu jagħmel Quddiesa waħda fix-xahar bil-Latin (fejn in-nisa, jekk iridu, jkunu jistghu jilbsu l-velu).

Ikolli ngħid li dawn il-mistoqsijiet għaqlin huma meħtieġa llum: Ser jinqaleb il-mansab jekk ma jkunx hemm x’jinqabad? Forsi tnejn min-nies se jimxu flimkien jekk ma jiftehmux?

 

Photo of nine month baby crying, isolated

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on July 6, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: