Tanja Cilia

Freelance Writer

Bejni u Bejn Ruħi

Leħen is-Sewwa,  June 21, 2014

Ġieli sibt ruħek titkellem man-nies li jidhirlek li jkunu qed jgħidu l-ħmerijiet… fuq ir-radju jew fuq it-televixin? Ġieli qabżek xi ħadd f’xi kju u tgħidlu kelmtejn sew minn taħt l-ilsien għax li kieku kellu jismagħhom x’aktarx li kien jiġri d-demm?

Ta’ madwarek jinkwetaw li moħħok qed jeħfief – iriduk tara psikoanalista, psikjatra, psikologu, u psikoterapista. Inti tgħidilhom li mnalla għandek dak l-iżvog, għax kieku ma kellekx, mela hemmhekk kien ikollok bżonn tara lill-psikoanalista u sħabu.

U min għandu raġun? Għaliex hemm din l-istigma assoċjata ma’ li titkellem waħdek? X’hemm ħażin li tiffaċċa l-biżgħat tiegħek bil-kliem, qabel ma tgħaddi għall-fatti?

Fid-dinja kollha storbu ta’ karozzi bl-isterjows, twieqi miftuħa biex nisimgħu liema stazzjonijiet iħobbu jaraw u jisimgħu dawk li joqgħodu f’dik id-dar…. U saħansitra telefons ċellulari jvenvnu waqt il-Quddies… ma tantx huwa faċli li ssib mument ta’ silenzju fil-ħajja.

Hawn min iħobb l-istorbju – u hawn minn jibża’ mis-silenzju. It-tnejn jippruvaw jimlew il-vojt. Hawn min juża l-midja… u hawn min jitkellem waħdu.

Iżda għandna ħabta ninsew il-fenominu l-ieħor… li filwaqt li hawn minn trid tħallsu biex ikellmek (u anqas dan mhu garanzija li ħa jkellmek) hawn min iħobb jgħaddi argument jew iqis sitwazzjoni billi jirraġunaha minn qabel, waħdu, biex meta jasal il-ħin, ma jeħillux ilsienu. U flok iħammem, jaħseb jgħajjat. Hawn min iħares lejn mera,għax jgħidulek li meta jħarsu lejn għajnejhom stess, jaħsbu iżjed fil-fond. U hawn min lanqas biss ikun jaf li leħnu jinstema’ minn min qiegħed fil-kamra l-oħra, tant li jaħsbuhqed ikellem lilhom.

Lil tifel żgħir li jmexxi l-karozzi fuq it-tapit, u jgedwed, niggustawh. Imma meta dan it-tifel jikber ftit u jibqa’ bid-drawwa li jitkellem hu u jaħdem is-somom, ngħidulu biex jieqaf, “għax sħabu jidħqu bih”. U sadanittant, meta jgħaffeġ xi waħda, ngħidulu biex jirraġuna naqra. X’ironija!

Hawn min jitkellem waħdu biex itaffi s-solitudni, u hawn min jgħidlek, bid-daħqa, li jitkellem waħdu għax ħadd mhu ħa jmerih, u l-pariri li jingħata se jkunu pariri t’espert… kif qalilna Gandalf.

Ngħiduha kif inhi… meta titkellem waħdek, dan jgħinek tiċċara ħsibijietek. L-agħar hu li meta tagħmel dan, ikun biss biex tgħajjar lilek innifsek bla heda, ġifa u injorant. Mela allura, ta’ min li kull darba li taqa’ f’dan l-iżball, issib xi ħaġa tajba fik u tgħid lilek innifsek “imma… naf insajjar”; jew “imma…għandi dar nadifa”; jew “imma…naf inħobb”; jew “imma…gustuża”.

Hawn min ikollu dejjem problema meta jiġi biex jieħu deċiżjoni, saħansitra jekk din tkun waħda sempliċi dwar liema flokk ħa jixtri, jew x’ħa ssajjar. Meta jkollokdjalogu miegħek innifsek, madankollu, kun af li mhux bilfors li tiddeċiedi… jista’ jkun li tinduna kif tista’ tilħaq kompromess li xorta jaqdi l-bżonnijiet tiegħek, kif ukoll xi aspettattivi Ii jista’ jkollok.

Meta titkellem waħdek, tgħajjat jew le, tiffoka l-attenzjoni tiegħek fuq dak li qiegħed jittikak. X’aktarx li tifhem is-sitwazzjoni aħjar, u tnaqqas id-distrazzjonijiet għax, fil-veru sens tal-kelma, tkunqed tiffoka għax tkun “moħħok hemm”.

Jista’ jkun hemm min jipprova jwaqqgħek għaċ-ċajt bi kliem sardoniku – “Kemm tredden! Tidher li ħadd ma jkun irid jisimgħek…”, meta int taf li kont biss qed tipprova tanalizza s-sitwazzjoni u torganizza l-fatti, wieħed wara l-ieħor, biex tasal għal deċiżjoni…

Allura din drawwa, jew vizzju; din li titkellem waħdek, iżżommok moħħok f’postu jew iġġennek? Tagħmel differenza jekk int tesprimi ruħek billi “tpinġi” s-sitwazzjoni jew “tiktibha”, milli jekk inti “tgħidha”?

Il-għala taħsbu li min jimmedita, x’aktarx li jkollu “Mantra”, kelma jew frażi li jtenniha darba wara l-oħra, biex iżomm l-issa preżenti f’moħħu? U billi din hija xi ħaġa spiritwali, tgħid m’għandhiex benefiċċji mondani u attwali?

Tgħid, x’hinu l-aħjar? Li tiffoka u tgħid l-istess ħaġa elf darba, jew li tfassal sentenzi sħaħ, u tirraġuna dwar elf suġġett? Li titkellem waħdek, jew li timmaġina li l-inti l-ieħor tal-mera huwa xi ħadd differenti, li se jirraġuna miegħek?

Għax kif kont qed ngħid…

 

 

 

 

 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on June 22, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: