Tanja Cilia

Freelance Writer

Prietka taċ-Ċajt

Mask

 

Inzertajt kont Ħaż-Żabbar, u ntbaħt li fil-Bażilika kien qed isir tieġ. U dħalt.Kienet waslet il-prietka, u poġġejt bilqegħda biex nisma’.

Ħin minnhom, iċ-ċelebrant qal li jinħabbu kemm jinħabbu, l-għarus u l-għarusa għandhom jagħmlu mezz li jitħalltu ma’ ħadddieħor. “Qabel,” qal, “kienu jniżżlu mawra lejn il-Buskett għall-Imnarja fil-kitba taż-żwieġ. Nispera li f’tagħkom hemm miktub Ħadd in-Nies.”U hawn, il-kongregazzjoni nfexxet tidħaq, u ta’ ħdejja qaltli, “Kemm hu ħelu!” Assumejt li l-ħlieqa tal-qassis għoġbitha, u tbissimtilha. Kien hemm xi żewġ ċajtiet oħrajn żgħar, imma għal din il-mara kienu “vera tajbin, hux?” Mur meriha.

Ħriġt mill-knisja bi tbissima fuq fommi – kemm minħabba l-prietka kif ukoll għax tajt ħarsa ħafifa ħafifa lejn dak li kienu lebsin il-mistednin…imma dik storja oħra.

Kulħadd jaf lil xi saċerdot li jħobb iżellaq xi ftit umoriżmu fil-prietki. Hemm min jagħmel hekk biex iżomm l-atmosfera ħelwa u ħafifa filwaqt li jagħti tagħlima xorta – iżda wieħed minn dawn qalli li jekk in-nies ma jidħqux, sinjal li ma jkunux attenti, u jaqta’ fil-qasir.

Hawn min jgħidlek li l-knisja mhux post għaż-żufjett…u kuntenti li jimxu mixja papali sal-kappella l-oħra biex jisimgħu quddiesa iżjed tard, jekk ikun se jqaddes “dak il-buffu”. Jgħidulek li bil-ħmerijiet tiegħu ma jkunux jafu x’qed jisimgħu.

Issa rridu nifhmu li kulħadd għandu l-istil tiegħu. Min hu espert tal-Bibbja; min iħobb jirrakonta l-istejjer; min jaqra dak li jkun kiteb b’leħen monotonu; min jidħollok f’ruħek u jriegħxek; min idum għoxrin minuta u ma jgħid xejn; u min idum ħames minuti u jsensel ġawhar.

Iċ-ċajt huwa postu fil-knisja? Messaġġ jasal aħjar jekk jasallek bi tbissima. Jew forsi taħseb int li l-kelma t’Alla “mhux taċ-ċajt” u s-saċerdot li jwassalha hekk, ikun qed jonqos? Hu xieraq li aħna nċarrtu ħalqna u nirrilassaw? Jew ‘suppost’ li noqogħdu serji għax qiegħdin f’dar il-Mulej?

Hu sewwa u xieraq li s-saċerdot ibiddel leħnu meta jgħid xi storja, biex qisu qed jirrakontaha fil-klassi tal-Kindergarten? Jew suppost irażżan ilsienu? Jekk qassis ikun ċajtier, għandu jħalli l-personalità tiegħu tixgħel, jew jgħattiha. Jgħodd, hawnhekk, il-kliem “Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-modd, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.”(Mt 5, 14-16)? Jew dan hu biss kliem li jerrefi għat-tagħlim?

Aħna suppost ilkoll qed naħdmu biex inkunu perfetti, bħalma hu perfett Missierna tas-sema. U allura, tbissimha f’waqtha se ttelifna l-perfezzjoni? Il-proċess tal-ħsieb mhux ta’ kulħadd jaħdem l-istess. Forsi jkun hemm min jibqa’ jaħseb fuq iċ-ċajta u ma jismaxil-bqija tal-prietka.

Staqsejt li xi erbat iħbieb x’jidhrilhom dwar dan, u qaluli bejn wieħed u ieħor dan li ġej:

  1. Qatt m’għandu jsir ċajt goff, iżjed u iżjed waqt funeral, anqas jekk il-mejjet ikun ħalla messaġġ biex waqt il-quddiesa, tingħad xi ċajta biex kulħadd jidħaq mhux jibki.
  2. M’għandux isir ċajt dwar in-novissmi; biżżejjed li hemm minn qed jipprova jgħidilna li l-Mulej isostni li m’għandniex bżonn ħorġa li fiha nitfgħu l-għemejjel tajba, għax “il-fidi biżżejjed.”
  3. M’għandux ikun hemm ċajt fuq individwu speċifiku, iżjed u iżjed jekk ikun qiegħed fil-knisja.
  4. Kliem bħal “ħa ngħidilkom din ħa tidħqu” jdejjaq lil kuħadd, imma storja li fiha xejra umoristika tpaxxi.

 

U int, allura, x’taħseb?

One comment on “Prietka taċ-Ċajt

  1. Philip Mizzi
    June 8, 2014

    Marritx naghmel omeliji!! Imma nghadi kumment qassir, u dan naghmlu bhal wiehed li jien min ‘ta gewwa’ mal – funzjonijiet li jsiru f’certu okkazjonijiet fil-knejjes taghna.

    Li tghid cajta biex thaffef l-attmosfera tac-celebrazjoni li tkun ghaddeja, ma nghidtx li ma naqbilx maghha. Imma rridu nifmu li min jaghmel dan it-tip ‘ezercizju’ irrid ikun kapaci jaghmel dan ix-xoghol.

    U jekk niegu ghal kapacita’, ahjar min huwa xoghol li jwassal il-Kelma t’Alla lill-fidili, ikun preparat sew u ikun jaf b’liema tonalita’ ghandu waslu!
    U din gabitni ghal mod kif jinqara l-avengelu u ‘l-qari ta matul il-quddiesa.
    Ghal certu sacerdoti jistghu ( u nahseb ikun ahjar) li kieku jirrekordjawh fuq tape u idoquh flok jaqrawh ghax jaghmel aktar sens!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on June 8, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: