Tanja Cilia

Freelance Writer

Isma’ Naqra!

 

Jigsaw Puzzle

 

Mela darba, m’ilux wisq, Chief tat-Tribu Lakota kien mistieden Manhattan għal xi taħdidiet.

Ħin minnhom, qal lir-rapreżentant ta’ Ithaca li xtaq idur naqra mal-belt, u dan wegħdu li kif tispiċċa s-sessjoni ta’ filgħodu, jmorru jħufu ‘l hawn u ‘l hinn.

Hekk għamlu, u x’hin waslu Times Square kien għoddu sar nofisinhar. It-toroq kienu mimlija nies, għax kien il-ħin tal-brejk tagħhom. Karozzi jpaqpqu, tat-taxi jieħdu kull brejk li jġiegħel lir-roti jewrżqu… nies jitkellmu… sireni tal-pulizija… radjijiet ta-ħwienet… ħsejjes ma jaqtgħu xejn.

F’daqqa waħda, iċ-Chief waqqaf lil sieħbu u qallu “Isma’! Werżieq!”

L-ieħor ħasbu qed jiċċajta. “U mela, u żgur!” qallu.

“Ieqaf naqra. Ikkonċentra.”

“U ejja. Tgħidlix li f’dan l-istrbju kollu, int qed tisma tisma’ werżieq?”

“Iva. U jekk tagħmel moħħok hem, int ukoll tista’ tisimgħu. Ara, agħalaq għajnejk.”

Bilkemm ma hasibx, l-ieħor, li kien hem xi Candid Camera tiġbed xi filmat. Imma xorta għalaq għajnejh, biex ikompli ma’ dik li ħaseb li kienet ħlieqa.

U tablhaqq, meta għalaq għajnejh u qagħad jisma’ bir-reqqa, ir-raġel minn Ithaca sema’ tisfira helwa. Iċ-Chief sadanittant kien qed isawwar rasu ‘l hawn u ‘l hinn, jgħolli geddumu, u jerġa’ jniżżlu.

F’daqqa waħda, mexa lejn hawt tas-siment big fejn kien hemm arbuxell daqshiex. Dar dawra miegħu. Ipponta b’subgħajh. “Ara fejn hu…” qal lill sieħbu, u dan resaq biex jara.

“Inkredibbli! Int għandek widnejk bħal ta’ Superman!”

“Le, ta. Widnejja bħal tiegħek u bħal ta’ kulħadd. Imma jien tgħallimt minn meta kont żgħir li bħal insodd widnejja għall-istorbju u fl-istess hin, niftagħhom għal dak li hu importanti…”

“Kos…”

“Iva. Ara, ħa nurik xi ħaġa…”

U hawn, iċ-Chief daħħal idu fil-but tal-qalziet, u ħareġ ftit żgħar. Immira lejn arblu, u tefagħhom. Laqat sewwa, u il-muniti għamlu ħoss metalliku.

Ma ngħidilkomx kemm nies f’dik it-triq iffullata waqfu biex iħarsu lejn mnejn kien ġie l-ħoss tal-flus. Dan ġara għaliex għalihom, il-ħoss tal-flus jinstabtu ma’ arblu ma kienx wieħed li jisimgħu is-soltu… u forsi ukoll għax għalihom il-flus kienu “imprtanti”.

“X’kull waħa!” qal ir-raġel.

“Iva. Dan kollu juri li kulħadd għandu il-prijoritajiet!”

Min għandu kelb, jew qattus, jaf kemm il-darba, filli ma jkunu jidhru imkien, u filli x’hin tiftaħ bott tal-ikel, issibhom ġew jiġru hdejn saqajk. Jista’ mhux iun hem il-ħoss tar-radju għaddej… xorta jisimgħuh.

U forsi int, meta l-mamà tgħidlek biex tmur tonxor, ma tismagħhiex, mma meta tgħidlek, “Ejja, qalbi, ħa mmorru għandi in-nanna…” tant tinżel it-taraġ tiġri li tkun ħa toħodha għal wiċċek.

X’hinu importanti għalik? Għal liema ħsejjes toqgħod attent?

Ġieli labtuha dik il-logħba li fiha jkun hem xi ħaġa f’kaxxa, u mill-ħsejjes li tagħmel hi u taħbat mal-ġnun, tipprovaw taqtgħu x’hini?

Jien naħseb li kultant, mhux għax ma nkunux smajna dak li qed jiġri madwarna, iżda għax ma nkunux attenti, jew forsi għax ma jimpurtaniex.

U ma ninsewx ukoll li kultant, suppost li tant inkunu “għassa” ta’ sħabna, fsens tajjeb, m’għandniex xi ngħidu, li suppost li anki meta ma jkellmuniex, nisimgħu il-bżonnijiet tagħhom.

U intom… x’tahsbu?

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on May 20, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: