Tanja Cilia

Freelance Writer

Deċiżjoni tqila

Photo of nine month baby crying, isolated

 

http://www.inewsmalta.com/dart/20140518-de-joni-tqila

Mela darba, f’pajjiż li seta’ kien Malta, u seta’ ma kienx, kien hem erbat itfal li għamlu mħatra tassew ta’ stmerrrija.

Ħalfu bejniethom li kellhom isibu wieħed mhux neċessarjament ‘tall dark and handsome’, u jew għax jilagħbuh, jew għax kienu tabilħaqq jiffansjawh, it-tlieta li huma kellhom joħorġu tqal minnu, biex b’hekk isaħħu l-ħbiberija tagħhom u wliedhom iwaħħduhom f’familja waħda.

Ġara li din l-istorja, ta’ vera jew le, ma laħqitx is-swali taċ-ċinema, irrakkmata qatigħ, kif ġara lil ġrajjiet oħra. Madanakollu, ixxandret fuq l-istazzjon tan-nazzjon, kien liema kien, u n-nies kellha ħafna xi tgħid fuqha.

Kien hemm min qal li radd is-salib bil-maqlub (ara x’għandu x’jaqsam). U m’għandniex xi ngħidu, qam l-uragan.

Kif għedt darb’oħra, hawn min għandu fid-demm għal “dawn in-nies”, forsi għax huma jaħsbu li huma qatt u qatt ma jaslu biex jagħmlu dawn l-affarijiet.

Bla ma biss staqsew jekk dawn it-tfajliet għadhomx l-iskola, u jekk iva, kienx bi ħsiebhom ikomplu… jew forsi kellhomx xi ziju b’xi ħanut u kellhom xogħol ta’ salesgirl jew kaxxiera jistenniehom, kulħadd assuma li dawn ser ikunu single parents, illum qabel għada. Għaldaqstant ma kienx ta’ min iħallihom jieħdu mqar iċ-Children’s Allowance, għax dawk serquha minn ħalq ħaddiehor…dejjem skont dawn l-għorrief.

Ħadd ma staqsa jekk dawn il-bniet kienux intitolati għall-għajnuna soċjali, għax kulħadd assuma li la waslu sa dak l-istat, mela allura ma setgħux ikunu ta’ klassi, u li bilfors li kellhom l-għajnuna. Kull min ikkummenta assuma li dawn it-tfajliet huma ta’ piż fuq is-soċjetà, u kien hem min iddeċieda li għandha fis issirilhom operazzjoni biex ma jkollhomx iżjed tfal, għax “żibel bħal dawn” mhumiex denji li jkollhom it-tfal.

Jekk nieħdu dan l-argument stupidu lejn it-tarf tiegħu, mela allura nistgħu ngħidu li kull min qatt għamel abort, jew kull min qatt uża l-kontraċettivi, ma jistħoqqlux li jkollu t-tfal “meta jridhom”, għax kien hemm xi darba meta “ma riduhomx”… argument bażwi, imma loġiku.

Kien hem min qabbel tarbija ma’ ġeru. Dan għaliex it-tnejn għandhom bżonn omm… u single mother ma tistax tissejjaħ omm… allavolja għażlet li jkollha t-tarbija (issa jew għax ippjanata jew le, dak argument eħor) flok li neħħietha u ħadd qatt ma kien ikun jaf xejn.

Il-ħelwa hi li ftit li xejn semmew lil dan il-missier probabbli-mhix-maħruf-fuq-iċ-ċertifikat-iżda-fil-fatt-magħruf-ma’-min-għaraf-f’sens-bibbliku. Bħallikieku t-tort kien biss tat-tfajliet li, jekk dan il-każ seħħ tassew, “ittantawh u ittradewh”, u mhux tiegħu wkoll li kellu x’jaqsam magħhom għalkemm kien jaf Ii huma taħt l-età; u għaldaqstant huwa pedofilu.

M’għandniex xi ngħidu, kien hemm min staqsa jekk hu kienx ħa jħallas manteniment ta’ wliedu; u hawn niġi għall-punt tiegħi, li ili snin nisħaq fuqu.

Kemm hawn tfal li huma ta’ missier mhux magħruf? U kemm minn dawn il-missirijiet fantażma, b’digriet tal-Qorti, jaraw lill uliedhom, anki jekk waqt superviżjoni, darba jew darbtejn fil-ġimgħa? U nieqaf hawn dwar dan l-argument.

Ma nistax nifhem kif kien hem min assuma li dawn it-tfajliet huma illitterati u injornati – x’għandu x’jaqsam il-livell ta’ skola tagħhom ma’ dak li allegatament għamlu? Mela jekk tkun mort l-Uiniversità awtomatikament ma jkollox wild barra ż-żwieġ? Mela jekk tkun illitterat ifisser li ser ikollok sitta, sebat itfal għax kull darba li jkollok x’taqsam ma’ raġel toħroġ tqila?

Il-ħelwa hi li kien hem gzuz minn dawk li kkummentaw fuq din l-istorja b’Ingliż tassew atroċi; mela dan mhux sinjal ta’ illitteriżmu wkoll, jewwilla?

Injoranti, qħab, illitterati, skifużi, ċrieċer, tosti, jisolħu lill-gvern… ma baqax x’ma qalux li huma. Mur ġibhom, lil dawn l-akkużaturi, il-Qorti fuq serq aggravat bil-vjolenza, quddiem Magistrat li jaħsibha bħalhom. U bilħaqq – kien hemm min qal li it-tfajliet għandhom jintefgħu l-ħabs, u t-tfal li ser iwelldu għandhom jitteħdulhom u jingħataw għall-adozzjoni lil dawk li ma kkwalifikawx għas-servizz tal-IVF mogħti mill-Gvern… qishomx inkubatur tal-flieles, jewwilla?

Wieħed mill-ikreh kummenti kien li jiġri hekk meta lit-tfal ngħallmuhom dwar is-sess fl-iskola, għax inkunu qed ngħidulhom biex imorru jesperimentaw. Bhallikieku jekk ma jkollhomx lezzjonijiet fil-klassi, uliedna m’għandhomx mnejn jiskopru dak li jridu jsiru jafu.

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on May 20, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: