Tanja Cilia

Freelance Writer

Ħudulu!

Photo of nine month baby crying, isolated

Meta tkun trid tinki lil xi tifel ċkejken, m’hemmx agħar milli toħodlu xi ħaġa.

 

Jekk qed taparsi tisraqlu mnieħru, dan fil-pront imiss wiċċu; jekk toħodlu xi ħaġa li jkun qed jiekolha bil-qalb, jagħmel xenata; jekk jaħseb li l-ġugarell li toħodlu ser iżżommu int, jaqsam qalbu bil-biki.

 

Issa dan l-aħħar sirna nisimgħu ħafna pariri dwar kif dak li għandek ‘tieħu’ minn idejn tifel hu kull tip ta’ device li bih jilgħab, jaqra, jikkuntattja lil sħabu, ipinġi, jew saħansitra jikteb. ‘Suppost’, jgħidulna, li qabel ma jagħlaq tmin snin, anqas suppost ixommhom dawn, aħseb u ara jkollu wieħed li kull fejn imur, jieħdu miegħu.

 

Bħas-soltu, nifhmu li kull opinjoni esaġerta hija… hija opinjoni esagerata.

 

Huwa vera li min jilgħab ħafna logħob vjolenti isir vjolenti? It-Tetris Syndrome (meta wieħed tant idum jilgħab logħba, tkun jew ma tkunx Tetris, li d-dinja jibda’ jqisha bħal l-istess logħba), vera teżisti?

 

Jekk it-tifel jilgħab bid-device – iPad, iPhone, ikun x’ikun – sa sagħtejn qabel ma jorqod, vera li ma jorqodx sew, jew joħlom ikrah?

 

Il-mezzi elettroniċi iżommulna t-tfal kwieti. U jgħallmhom hafna. Iżda nafu x’ikunu qed jagħmlu bihom, meta dawn id-devices ikunu fil-kamamar tas-sodda tagħhom?

 

Jingħad li meta tifel juża xi device, din iċċaħdu mill-irqad fil-fond ghax il-moħħ ikun stimulata u titrażżan il-produzzzjoni tal-melatonin, ormon li jippromwovi l-irqad. M’għandniex xi ngħidu, dan jgħodd għall-kbar ukoll.

 

Fi żmieni kienu jgħidu lill-ġenituri tagħna biex ma jħalluniex naraw it-television sa siegħa qabel ma norqdu; u llum għandna devices interattivi li aħna, bħala mudelli għal uliedna, mhux dejjem nagħrfu kemm hu mportanti li tagħmel użu minnhom kif inhu xieraq…minn telefon ċellulari sa logħob elettroniku.

 

Tidher ħaġa sabiħa li “tarbija” tkun taf timmanipula cursor biex tilgħab logħba. Iżda li ġġiegħel il-moħħ jiżviluppa qabel ma jkun lest għal dak i-grad ta’ stimulazzjoni, huwa ħazin ħafna. Espożizzjoni eċċessiva għat-teknoloġija taffettwa l-moħħ li jkun għadu qed jiżviluppa…u dan mhux biss billi it-tifel jagħmillek xenata meta tgħidlu “itfi kollox ħa torqod”.

 

Ma ninsewx li rari li tifel juża device waqt li jkun miexi fit-triq. Generalment issibu ggrunċjat fuq xi sodda jew fuq pultruna, u tant ikun mehdi li anqas biss jisimgħek meta ssejjaħlu għall-ikel. Dan ifisser nuqqas ta’ eżerċizzju. U meta l-ikel ikun imbarazz, għax ma tistax iżżom platt quddiemek u ttektek fuq keyboard, il-problema tirdoppja.U mbagħad erħilu jeqred b’dahru, u b’saqajh.

 

U kultant, min hu mbaċċaċ iż-zejjed ikollu risku ikbar minn ħaddiehor ta’ pressjoni għolja, attakk tal-qalb, dijabete, u puplesija kmieni.

 

Kemm nitkażaw li kieku kelna nindunaw li xi wieħed miż-żagħżagħ tagħna lagħab flusu kollha, jew xtara ħafna biljetti tal-lotterija. U kemm nitbissmu kieku fuq tal-linja jkun hemm xi ħadd miexi ‘l quddiem u lejn wara, biex iħoss eżatt x’ikun għadda minnu min xtara l-ajruport. U sadanittant, ma narawhiex ħaġa ‘żejda’ li kull ħames minuti li jkollu, tifel jaqbad device u jteftef fih… għax ill-vizzji l-oħra żejda imma dan bżonn għal-ħajja tal-lum, dejjem skond ma ngħidu aħna.

 

Ma ninsewx li minn kull tagħmir bla wajers joħroġ ammont ċkejken ta’ radjazzjoni. Iż-żgħażagħ huma aktar sensittivi għaliha minna l-adulti… u wkoll għadhom qed jiżviluppaw l-imħuħ u s-sistema immunitarja tagħhom.

 

Hemm ukoll l-argument li meta wieħed jagħmel ir-riċerka minn fuq il-kotba, idum ferm iżjed milli kieku jkun għamel ‘ikkopja u waħħal’. Dan tal-aħħar tassew tajjeb – imma mhux meta l-għalliem jibda’ jara għexieren ta’ fajls kważi identiċi.

 

Jista’ iżda jkun hemm rabta pożittiva bejn il-logħob elettroniku u l-iżvilupp tal-moħħ. L-ideja hi li tagħraf min qed jgħidlek xi ħaġa għax iridlek il-ġid, u min biex jindaħal.

 

Mela jekk int qed tara t-tifel jeħxien bis-siegħat… inaqqas l-aptit għal-ikel “ta’ vera”… jagħmel mossi b’subgħajh, fl-arja, il-ħin kollu meta ma jkunx qed juża d-device…jabqad kelma jew sett ta’ kliem u jgħidhom il-hin kollu…mela allura vera wasal iż-żmien li jinfatam għall-ftit mid-devices tiegħu.

 

 

 

 

 

 

 

 

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on March 29, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: