Tanja Cilia

Freelance Writer

Prietka taċ-Ċajt

Lehen is-Sewwa 15/03/2014

Yawn

 

Inzertajt kont Ħaż-Żabbar, u ntbaħt li fil-Bażilika kien qed isir tieġ. U dħalt. Kienet waslet il-prietka, u poġġejt bilqegħda biex nisma’.

Ħin minnhom, iċ-ċelebrant qal li jinħabbu kemm jinħabbu, l-għarus u l-għarusa għandhom jagħmlu mezz li jitħalltu ma’ ħadddieħor. “Qabel,” qal, “kienu jniżżlu mawra lejn il-Buskett għall-Imnarja fil-kitba taż-żwieġ.  Nispera li f’tagħkom hemm miktub Ħadd in-Nies.” U hawn, il-kongregazzjoni nfexxet tidħaq, u ta’ ħdejja qaltli, “Kemm hu ħelu!”  Assumejt li l-ħlieqa tal-qassis għoġbitha, u tbissimtilha. Kien hemm xi żewġ ċajtiet oħrajn żgħar, imma għal din il-mara kienu “vera tajbin, hux?”  Mur meriha.

Ħriġt mill-knisja bi tbissima fuq fommi – kemm minħabba l-prietka kif ukoll għax tajt ħarsa ħafifa ħafifa lejn dak li kienu lebsin il-mistednin…imma dik storja oħra.

Kulħadd jaf lil xi saċerdot li jħobb iżellaq xi ftit umoriżmu fil-prietki. Hemm min jagħmel hekk biex iżomm l-atmosfera ħelwa u ħafifa filwaqt li jagħti tagħlima xorta – iżda wieħed minn dawn qalli li jekk in-nies ma jidħqux, sinjal li ma jkunux attenti, u jaqta’ fil-qasir.

Hawn  min jgħidlek li l-knisja mhux post għaż-żufjett…u kuntenti li jimxu mixja papali sal-kappella l-oħra biex jisimgħu quddiesa iżjed tard, jekk ikun se jqaddes “dak il-buffu”.  Jgħidulek li bil-ħmerijiet tiegħu ma jkunux jafu x’qed jisimgħu.

Issa rridu nifhmu li kulħadd għandu l-istil tiegħu. Min hu espert tal-Bibbja; min iħobb jirrakonta l-istejjer; min jaqra dak li jkun  kiteb b’leħen monotonu; min jidħollok f’ruħek u jriegħxek; min idum għoxrin minuta u ma jgħid xejn; u min idum ħames minuti u jsensel ġawhar.

Iċ-ċajt huwa postu fil-knisja? Messaġġ jasal aħjar jekk jasallek bi tbissima. Jew forsi taħseb int li l-kelma t’Alla “mhux taċ-ċajt” u s-saċerdot li jwassalha hekk, ikun qed jonqos? Hu xieraq li aħna nċarrtu ħalqna u nirrilassaw? Jew ‘suppost’ li noqogħdu serji għax qiegħdin f’dar il-Mulej?

Hu sewwa u xieraq li s-saċerdot ibiddel leħnu meta jgħid xi storja, biex qisu qed jirrakontaha fil-klassi tal-Kindergarten? Jew suppost irażżan ilsienu? Jekk qassis ikun ċajtier, għandu jħalli l-personalità tiegħu tixgħel, jew jgħattiha. Jgħodd, hawnhekk, il-kliem “Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt il-modd, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar. Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu fis-smewwiet.”(Mt 5, 14-16)? Jew dan hu biss kliem li jerrefi għat-tagħlim?

Aħna suppost ilkoll qed naħdmu biex inkunu perfetti, bħalma hu perfett Missierna tas-sema. U allura, tbissimha f’waqtha se ttelifna l-perfezzjoni? Il-proċess tal-ħsieb mhux ta’ kulħadd jaħdem l-istess. Forsi jkun hemm min jibqa’ jaħseb fuq iċ-ċajta u ma jismax il-bqija tal-prietka.

Staqsejt li xi erbat iħbieb x’jidhrilhom dwar dan, u qaluli bejn wieħed u ieħor dan li ġej:

  1. Qatt m’għandu jsir ċajt goff, iżjed u iżjed waqt funeral, anqas jekk il-mejjet ikun ħalla messaġġ biex waqt il-quddiesa, tingħad xi ċajta biex kulħadd jidħaq mhux jibki.
  2. M’għandux isir ċajt dwar in-novissmi; biżżejjed li hemm minn  qed jipprova jgħidilna li l-Mulej isostni li m’għandniex bżonn ħorġa li fiha nitfgħu l-għemejjel tajba, għax “il-fidi biżżejjed.”
  3. M’għandux ikun hemm ċajt fuq individwu speċifiku, iżjed u iżjed jekk ikun qiegħed fil-knisja.
  4. Kliem bħal “ħa ngħidilkom din ħa tidħqu” jdejjaq lil kuħadd, imma storja li fiha xejra umoristika tpaxxi.

U int, x’taħseb?

2 comments on “Prietka taċ-Ċajt

  1. Philip Mizzi
    March 15, 2014

    Nabel mieghek mijja fil-mija (la manistax nghid aktar min hekk).! Naqra umorizmu , anke’ f’celebrazjoni dinjituza, qatt ma hi mohlija!

    Kelli okkazjoni li nkun prezenti waqt okkazjoni ta varrar, ta prodot medicinali, min zewg professuri inglizi li kienu jaghmlu parti mil-istaff akademiku, ta universita Ingliza.
    Prezenti ghal din il-laqgha, kien hemm il-‘krema’ ta l-ispizjar (ta kull eta’) li jonorow il-Kamra ta l-ispizjara ta Malta!

    It-tahdita li hadet madwar siegha u nofs, f’post mhux tant komdu, quddiem xi 120 prezenti, bdiet billi dawn iz-zewg,ghorrief tal mrdicina billi ghamlu prezentazjoni iktasr denja ta kummidjant fil ‘West End’ ta Londra jew fuq xi palk fi Broadway.

    L-udjenza prezenti li kienet marret hemm biex tisma diskors tedjanti fuq medicina , bit-tajjeb u l-inqas tajjeb taghha, wara l-ewwel hames minuti, litiralment inhallet.
    B’cajta wahda wara l-ohra,dawn iz-zewg professuri,, irnexxilhom, iwaslu il-messagg li kellhom iwaslu dwar il-beneficji, ta din il-medicina.

    Kollha ferhana u bi tbissima fuq fommhom, is-semmieha, bilkemm riedu , li din il-laqgha tispicca.

    Waqt il-bibita’ ta wara smajt grupp ta hamsa milli kienu prezenti,jesprimu is-soddisfazjon taghhom dwar din il-laqgha.

    Wahda lill-ohra mil-grupp, qaltilha ” Hekk immishom ikunu il-lezjonijiet tal-kors fl-Universita! Kieku kull kien ikun prezenti dejjem u jghadu aktar minna fl-ezamijie!”

    Allura il-kelma t’Alla mhux xieraq li titwasal b’mod aktar accetabli ghal kongregazzjoni, li tkun qed issegwiha!?
    Wara kollox Gahandi, darba, meta gie mistoqsi x’kien jahseb fuq ir-religjon Nisranija, kien wieghgeb ” Meta nara l-Insara aktar ferhanin, imbghad nibda nemmen!”
    .

  2. Maria Mifsud
    March 15, 2014

    Jiena ma jdejjaqnix l-umorizmu fl-omelija – sakemm jibqa fl-omelija u ma jkunx goff. Prosit Tanja tar-riflessjoni. Ghogobni l-istil tal-kitba tieghek – kienet tkun prietka helwa- bil-mistoqsijiet ta’ riflessjoni b kollox.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on March 15, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: