Tanja Cilia

Freelance Writer

Id-Dnubiet li Ma Jorqdux

Lehen is-Sewwa  – Saturday, March 1, 2014

Dante

Mela darba, kien hemm pellegrin (għax hekk kien jiddiskrivi ruħu) jismu Dante.

Issa dan l-imbierek, li skond ma jgħidu, kien jiġbed l-attenzjoni ikun fejn ikun (anki fl-Infern) kien tassew fih karattru. Kien jiġi jieħu kafe għandek, ngħidu aħna, u ikellmek bis-sincerità kollha, u jgħidlek x’ġaralu… u int temmnu.

U wara ftit, meta jkun telaq u tkun ħsillt il-maggijiet u l-plattini, jgħaddilek ħsieb minn moħħok u tgħd “imma tgħid vera li qalli?  Għax kultant, ma nafx jien, qisni narah iħares fil-vojt, donnu qed ifittex il-kelma… donnu ma jafx kif tispicca l-istorja li suppost li ġrat lili…”

U tewhden, u ġġib lil min jehwden. Għax kultant, l-istejjer li jgħidlek, qishom xi novella minn dawk li kien jaqra Charles Arrigo fuq ir-Redifffusion.

U fis tiftakar f’dak li kien itenni  Mohandas Karamchand Gandhi:  “Żomm il-ħsibijiet tiegħek pożittivi, għax dawk isiru kliemek. Żomm il-kliem tiegħek pożittivi għaliex dak isir imġiebtek. Żomm l-imġieba tiegħek pożittiva, għax issir drawwietek. Żomm id-drawwiet tiegħek pożittivi, għaliex dawn isiru l- valuri tiegħek. Żomm il-valuri tiegħek pożittivi,  għaliex ‘l quddiem isiru d-destin tiegħek.”

Kliem li rassew fihom x’tixtarr.  U meta niltaqgħqu ma’ xi ħadd bħal dan Dante, bla ma rridu, nistaqsu lilna nfusna jekk dawn jafux jgagħmlu differenza bejn dak li jaħsbu, dak li jimmaġinaw, u dak li hu.

Hemm golf wiesgħa sew bejn dak li jidhrilna aħna, u dak li tabilħaqq ikun. Mhix nilli ngħidlek “Dik taf għaliex għammlet hekk… għax…” u hawn intik raġuni li nun fassaltha jien skond kif ifettilli. La tmerinix, tafx, għax jien naf kif jaħdem moħħa dik.

Mela kelli nisr naf li dan Dante kiteb ktieb. Kitbu bit-Talljan kemmxejn antik u tqil, u għalhekk ma tant fhimtu. Li fhmit biss kien li Dante “ta’ vera”, bi-jaħassra miskin kollun tiegħu, kien kapaċi jivvinta infern, kif ngħidu, għal dawk kollha li xi darba kienu trradewh jew ma mxewx moralment u intellettwalment kif dehrlu hu li kellhom jimxu, fil-ħajja tagħhom.

Staqsejt lil xi erbat iħbieb jekk qattx kien hemm xi ħadd li ħareġ ta’ faċċol magħhom.

Waħda qaltli (din bħal tan-novelli!) li l-kunjata kienet taħbi l-ittri li kienet tibgħat lill-għarus tagħha meta kienet scholarship, u lilu ssaħnu għaiha (dak iż-żmien ma kienx hemm internet) u tgħidlu li qatt ma kienet tiktiblu, u li bilfors kienet xebgħet minnu. Kull meta kienet iċċempel, kienet tgħidilha li ma kienx id-dar. Indnaw xkien qed jiġri b’kumbinazzjoni, meta xi ħadd ieħor li kien fl-istess kors kien niżel Malta u hu kien qallu li qatt ma ppretendiha minnha li tagħmel hekk. Xorta żżewġu. Il-kunjata ma marritx it-tieġ, u għalxejn hedditu li ser taqtgħu mill-wirt.

Ohrajn qalulu kemm kienu serqulhom l-idejat tagħhom fuq ix-xogħol, għax ma kellhomx provi li kienu ħarġu bihom huma. U saħansitra kien hem waħda li qaltli li l-ġirien ippruvaw jindiehsu ma’ ommha qabel ma mietet, biex tbiegħlhom il-post, u oħra li qaltli li lil missierha kienu jfesfsulu f’widintu li l-ikel li kienet toħodlu l-isptar kien ivvelenat, biex ifittex imut u tirtu hi.

Mela, fil-ktieb tiegħu, Dante qal li ltaqa’ ma’ tliet annimali:  leopard (hawn min jgħid li kien linċa), iljun, u lupa. F’dawn naraw simboli ta’ kull dnub li jeżisti, li minħabba fihom, in-nies jiġġieldu, jigdbu, u jiġġakbinaw lil xuxin; xewqat ħżiena, vjolenza, u frodi… għira, kburija, rebgħa u xeħħa… inġustizzja, rabja, u gula.

Mela forsi fil-ħsibijiet tiegħu, fil-post fejn ma jafx fejn tispiċċa l-attwalità u fejn tibda l-fantasija, Dante iltaqa’ mar-Regola tad-Deheb; Għamel Kif Tixtieq Li Jagħmlu Lilek.

U inti?  Taħfer iva,  imma tinsa le?

One comment on “Id-Dnubiet li Ma Jorqdux

  1. Philip Mizzi
    March 7, 2014

    Interesant! , bhasoltu Tanja!
    Verament ghalf ghal-mohh u ‘r-ruh !

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on March 6, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: