Tanja Cilia

Freelance Writer

Logħob Bil-Kliem

07:51  |  25.02.2014
http://www.inewsmalta.com/dart/20140225-log-ob-bil-kliemPhoto of nine month baby crying, isolated

Mela dan l-ahħħar ħarġet l-aħbar li s-Senat Belġjan approva liġi (86 favur u 44 kontra)  li tippermetti lit-tobba joqtlu lit-tfal. Jonqos biss li r-Re Philippe jiffirma l-abbozz.

Nispjega ruħi sewwa.  Huma qed jgħidu li din hija biss miżura li biha tingħata l-ewtanasja lil tfal (ta’ kull età) li ma jkunx vijabbli li jgħixu, fi kliem ieħor li ma jkunx ta’ min iħallihom jgħixu, għax ħajjithom tiswa ftit li xejn.

Fi kliem ieħor, tfal li jitwieldu b’diżabbiltà kbira, jew dawk li taqbadhom marda terminali, “ikollhom l-għażla” li jispiċċaw il-ħajja tagħhom permezz ta’ injezzjoni letali. Fil-fatt, wieħed jifhem li t-tfal mhux dejjem jifhmu sew x’ikun ser jiġri, u għaldaqstant id-deċiżjoni tkun tal-ġenituri jew ta’ min jieħu ħsieb it-tfal. Mela, bl-approvazzjoni tat-tobba, it-tfal jistgħu jagħżlu s-suwiċidju assistit.

L-ewtanasja għall-adulti kienet sanzjonata fl-2002. Issa l-Belġju ser isir it-tieni pajjiż fid-dinja, wara l-Olanda, li jippermetti l-qtil tat-tfal.

Issa dan l-aħħar konna grupp qed nitkellmu fuq dak u fuq dik, u xi ħadd qal li “mercy killing” ma tfissirx “murder”.

Huwa dan il-logħob bil-kliem li jagħlqilna għajnejna għal dak li jkun qed jinħema minn wara l-kwinti.

Bl-iskuża li nuru ħniena ma’ dawk li jkunu qegħdin ibatu, neħilsu minnhom u niffrankaw li nieħdu ħsiebhom… u li jkollna mmorru narawhom jekk ma jkunux id-dar, u li, jekk m’hemmx kura b’xejn għalihom, niffrankaw kemxa flus sew ukoll. U naħbu kollox taħt il-frażi “att umanitarju”, u nippretendu li aħna Alla, bis-setgħa li nagħtu l-ħajja  – jew inneħħuha.

Għax tkun ħaga skandaluża, ngħidu, li nħalluhom ibatu…  u jkollha eku soċjali, psikoloġiku u ekonomiku.

U ftit ftit il-moħħ jidra u jaċċetta orruri bħal dawn… li min mhux bħalna, inneħħuh.  U lil min ikun marid sew indaħħlulu f’moħħu li aħjar ma jibqax ibati – aħjar li jistrieħ.  Aħjar li l-mediċini li qed nużaw għalih jintużaw għal min għad baqagħlu xi tama ta’ fejqan. Ninsew dak li qalu l-għorrief – li l-qofol ta’ soċjetà ġusta jorbot fuq kif din tittratta lill-aktar membri vulnerabbli tagħha.

Hemm min jgħid li għalkemm tidher stramba din li neħilsu minn min ma jista’ jagħti xejn lura lis-soċjetà, fil-fatt hija l-unkia ħaġa li tista’ ssir biex ir-razza umana tikseb l-ekwilibriju, bla ebda’ bżonn ta’ burokrazija… iżjed kliem fantastiku li ma jfisser xejn.

Billi ħaġa tkun legali, ma jfissirx li tkun tajba. Fi żminijiet meta l-liġi kienet għajn għal għajn u sinna għal sinna, ma jfissirx li t-tpattija b’dan il-mod kienet moralment tajba. Min jista’ jiddikjara li xi ħadd iehor m’għandux dritt jgħix? U min għandu dritt iwettaq id-delitt meta dan ma jibqax fl-astratt? U fejn ser niġbduh ir-rig?  Meta wieħed ikun f’koma?  Meta jkollu kanċer mifrux? Meta jasal fi stat li l-kura tista’ tkun biss paljattiva u mhux għall-fejqan? Meta ma jkunx jara jew jisma’?

Mela l-ewwel kellna l-abort… u mbagħad ġie t-taparsi abort meta t-tarbija tkun kważi twieldet kollha, minbarra rasha.

Issa li ssemmiet l-ewtanasja għat-tfal, u lil xi ħadd għaddielu minn moħħu li din tinstema’ ħarxa wisq, qed tissemma terminoloġija oħra bil-għan li jittaffa l-effett fuq dak li jkun – “abort wara t-twelid”, li mhix kerha daqs “infantiċidju” iżda tfisser eżatt l-istess.

Meta titwieled tarbija li tidher li ser tkun ta’ piż fuq il-ġenituri, din titħalla tmut, bħallikieku kien hemm korriment waqt it-tqala. Dan it-terminu kien ivvintat minn żewġ filosofi, Alberto Giubilini u Francesca Minerva. Jgħidulna li l-istatus morali tat-tarbija maqtula hu eżatt bħal ta’ fetu, mhux bħal ta’ tarbija.

Tarbija dgħajfa u marida, skont huma, hija difettuża. Jekk l-abort ta’ tfal “difettużi” huwa permess, mela għax mhux l-“abort wara t-twelid” ta’ dawn it-tfal li twieldu u ma ġewx imneħħija qabel, għal xi raġuni jew oħra?

Int x’taħseb?

One comment on “Logħob Bil-Kliem

  1. Philip Mizzi
    March 3, 2014

    Dan it-tidwir tal kliem huwa kollu kemm hu kosmetiku, biex jinhebal-orrur ta din, imsejha ligi!

    Jien nemmen u nemmen b’qawwa, li Alla li jara kollox u jista lkollox, jekk irrid jista johloq biss bnedmin, perfetti! Imma jien nemmen wkoll, li kull mahluq , inhallaq bi skop u bi pjan perfett, biex ikun parti mil-pjan t’Alla ghal holqien kollu!

    X’qieghdin jghidu dawn li qed jiddefendu din il-ligi, li ghandna ikollna razza ta bnedmin, perfetti!? Ga kellna min ried johloq ir-razza pura, u nafu il-metodi u l-estremi ta krudelta li geww applikati ghal dan l-ghan.!

    Naghmlu hazin u hazin hafna jekk nipprovaw nidhlu ghal rol, ta l-‘Omnipottenti”.
    Ga provoaw qabilna u ‘r-rizultat, nafu x’kien!

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on March 2, 2014 by in Uncategorized.
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: