Tanja Cilia

Freelance Writer

It-Tarbija 59 u l-Preġudizzju

http://www.inewsmalta.com/dart/20130530-it-tarbija-59-pre-udizzju

Mela xi ħmistax ilu, fuq il-bieb ta’ karozza tal-linja, instema’ taħbit kbir. Bħalma ġieli jiġri, kien hemm xi ħadd li laħaq il-karozza biss wara li ngħalaq il-bieb.

“Nafu” li mhux suppost li x-xufier jerġa’ jiftaħ il-bieba… imma kieku nkunu aħna, żgur li nkunu rridu li x-xufier jikser ir-regolament.

Kien x’kien, ix-xufier ta’ din il-vettura ħares lejn in-naħa tal-bieba, kemmex xoftejh, refa’ spallejh… u baqa sejjer.

U bdiet il-Litanija mill-passiġġieri. “Jaħasra, stajt ftaħtlu,” għedt jien lix-xufier, “Issa jasal tard fejn sejjer…” “U ajma int,” qabżet waħda min-naħa l-oħra… “Dak x’għandu x’jagħmel – dawn is-suwed mhux kollha gangijiet, fil-kantunieri, ġurnata sħiħa… dak kien sejjer jiltaqa’ ma’ sħabu l-Marsa jew Buġibba…”

“Int, bħalek, fejn tafu dan? Mela qallek? Mela tafu?” Staqsejtha jien.

Sadanitant, konna wasalna fuq l-istejġ li jmiss. Dan ir-raġel reġa’ kien hemm, bla nifs. Tela’ fuq il-karozza. Ħares lejn il-passiġġieri, u pponta lejn waħda xiħa. B’Malti perfett, iżda b’naqra aċċent, qal lix-xufier… “Ara, meta dik il-mara kienet tiela’, fl-istejġ l-ieħor, tilfet il-portmoni…”

Il-mara gerfxet fil-basket u qalet “iiii, vera. Kelli l-Kartanzjan f’idi u anqas biss indunajt…” u resqet lejn ix-xufier.

Kulħadd issomma. Dak il-ħin stess fetħet il-potrmoni u ħarġet €20 u newlithom lir-raġel.

“Le, Sinjura, grazzi. Għid talba għalija, biss biss.” U dar, u niżel mill-karozza. U x-xiħa baqgħet imbelħa, u bdiet tibki, u xi ħadd qam biex iwassalha lejn il-post fejn kienet qabel, għax lanqas felħet timxi.

U jien gdimt ilsieni. Anqas temmen, imma, dik il-mara ta’ qabel fetħet il-ħalq ta’ ċerna tagħha u qalet “Ara, tela’ ħmar ma’ arblu…”

U hawn deffist l-earbud l-oħra f’widinti (soltu waħda biss ikolli, kif jaf kull min jarani biha) biex żgur ma nismax iżjed oxxenitajiet bħal dawn. Imma mhux qabel ma tajtha ħarsa li nispera li ħollmitha ikraħ bil-lejl.

Issa l-istorja rrepetiet ruħa wara l-istorja ta’ Baby 59.

Naf żgur li kieku din it-tifla kienet bint xi waħda minnha, konna ngħidu “Miskina jaħasra, mument ta’ ġenn… imma ara jaħasra miskina, mill-ewwel sogħobiha milli għamlet u ċemplet għall-għajnuna…”

Imma… din inzertat “mhux bħalna” – għax Ċiniża.

L-ewwel ħaga li ġara kienet li ħafna stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni ma tawx aħbarijiet aġġornati – u għalhekk, kull min ra jew sema’ lilhom, ma kienx jaf x’ġara.

U beda’ l-ġudizzju.

“Lill-ġenituri, taf x’nagħmillhom kieku jien?”

“X’tistenna minn komunisti!”

“Għax m’għamlitx abort la ma ridietux?”

“Għax ma tatux għall-addozzjoni?”

“Dawk ateji, għalhekk jagħmlu hekk…”

Eċċ, eċċ, eċċ.

Kelli naqra ta’ diskussjoni sħuna, fejn qaluli li jien “qed inżomm magħha”; dan għax għedt li ħadd m’għandu għalfejn, jew saħanditra d-dritt, li jiġġudika lil din l-omm li min jaf f’liema stat ta’ disprament kienet.

“Mela qatt ma kellek tfal?” Staqsietni waħda; issa din anqas għaddielha minn moħħha li kieku ma kellix, u kont xtaqthom, kienet tkun piena li tfakkarni f’dan. “U propju għax kelli qed naqbeż għaliha… Ma nistgħux niġġudikaw. Aħna qatt ma konna fl-istess sitwazzjoni. U anqas li kieku konna – kull każ huwa differenti…”

“U tgħidx ħmerijiet. Dawk hekk, kattivi. Ma jimpurtahomx minn ħadd u minn xejn… qalbhom xierfa.”

U ma ngħidilkhomx kif daru għalija qatta’ bla ħabel.

“Dawn il-ġenituri ħaqqhom il-forka…”

“Imma intom tafu eżatt x’ġara?”

“U żgur, ħa.. mhux qed tara [link ma’ rapurtaġġ] x’ġara?”

“Mela ma ndunajtux li din tfajla, mhux miżżewġa?”

Hawn malajr insew li kienu għdhom kif ikkundannaw lill-missier tat-tarbija bħala kompliċi.

“Iżjed u iżjed mela. L-ewwel ġabitu u mbagħad ħelset minnu, ħasbet li ħadd m’hu ħa jinduna…”

“Oj, stenna’ ftit. Int kont hemm?”

“U ajma kemm int vojta. Mhux ovvja jew. Dawk għandhom liġi li ma tistax ikollok iżjed minn tarbija waħda, u dan it-tifel kien it-tieni wieħed tagħhom…” “Kulħadd jagħmel l-aborti bl-adoċċ hemm…”

X’taqbad tagħmel ma’ nies bħal dawn, għid? Ovvjament, il-konverżazzjoni kienet ferm itwal; meta qalu li “kulħadd” ateju, tfajt link tal-Insara fiċ-Ċina; meta qalu li hemm l-iżjed li jsiru atroċitajiet kbar fid-dinja, tfajt link ta’ Kermit Gosnell. U tfajt link ta’ dik il-mara li meta kellha seba’ xhur tqala ħaduha minn darha biex jagħmlulha abort sfurzat.

U kulma qalu, għax żgur li anqas biss rawhom dawn, kien “…minn jixtieqhom u jagħmel minn kollox biex ikollu u min jarmihom…” u “żball qatt ma jitpatta b’ieħor,” u “Vuoldiri qed tgħid int għamlet sew hux? Imbagħad ngħiduha kif inhi, għalihom hemm kollox l-istess, joqtlu tarbija, joqtlu kelb, Lhudi, qattus xorta waħda għalihom…” u għaxxqitha meta qalet “…u ġieli jaraw tfal f’nofs ta’ triq jittajru minn karozza, u ma jagħtux għajnuna, insomma jien għalija dawn bla qalb…anqas Facebook, għax min jużah jeħel il-ħabs… jew jikkundannawh għall-mewt għax traditur.”

U hawn kien jidher ċar li anqas biss kienet taf, din il-persuna, li Facebook huwa bblokkjat fiċ-Ċina, għax għandhom Weibo… li anqas kliem bħal Ferrari ma taċċetta…

Żewġ sentenzi wara, beda’ l-użu ta’ ittri kapitali, biex bħal juruni li huma kollha kellhom raġun u jien biss kelli tort.

U kien hawn li ddeċidejt li nikteb dan il-blog…

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Information

This entry was posted on May 30, 2013 by in Uncategorized and tagged , , , , , , , , , , .
The Soul of the Heel: An American's Life in Puglia

Stories of an American couple's adventures in Italy

Ghandi xi Nghid

'Ghandi x' Nghid' (I have something to say) is a blog that focuses on current affairs and personal reflections - Andrew Azzopardi

Tanja Cilia

Freelance Writer

%d bloggers like this: